+Artikolu 89 2.

Artikolu 89 2.

Meta ordni ta’ pagament tinbeda minn jew permezz tal-benefiċjarju, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3) u l-Artikolu 93, għandu jkun responsabbli lejn il-benefiċjarju għat-trażmissjoni korretta tal-ordni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur skont l-Artikolu 83(3). Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jerġa’ jibgħat immedjatament l-ordni ta’ pagament inkwistjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur.

F’każ li l-ordni ta’ pagament tintbagħat tard, l-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li tkun mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Barra minn hekk, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71, l-Artikolu 88(2) u (3), u l-Artikolu 93, ikun responsabbli lejn il-benefiċjarju għall-ġestjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament skont l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 87. Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun responsabbli skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jiżgura li l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun immedjatament għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju wara li l-ammont ikun ikkreditat lill-kont tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju. L-ammont għandu jingħata data ta’ valur fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju li ma tkunx aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

►C1  Fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b'mod difettuż li għaliha l-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju mhuwiex responsabbli skont l-ewwel u t-tielet subparagrafu, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu jkun responsabbli lejn il-pagatur. ◄ Meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur ikun hekk responsabbli, hu għandu, kif ikun xieraq u mingħajr dewmien żejjed, iħallas lura lill-pagatur l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux esegwita jew difettuża u jreġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament difettuża ma seħħitx. Id-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-pagatur ma għandhiex tkun aktar tard mid-data li fiha l-ammont kien ġie ddebitat.

L-obbligu taħt ir-raba’ subparagrafu ma għandux japplika għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jagħti prova li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jkun irċieva l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, anke jekk l-esekuzzjoni tal-pagament hija sempliċiment tard. F’tali każ, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jagħti data ta’ valur lill-ammont fuq il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju mhux aktar tard mid-data li fiha l-ammont kellu jingħata data ta’ valur li kieku t-tranżazzjoni tkun saret korrettament.

Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ pagament li ma tkunx ġiet esegwita jew li tkun ġiet esegwita b’mod difettuż meta l-ordni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju jew permezz tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, irrispettivament mir-responsabbiltà skont dan il-paragrafu, għandu meta mitlub, jagħmel sforzi immedjati biex jittraċċa t-tranżazzjoni ta’ pagament u jinnotifika lill-benefiċjarju bl-eżitu. Dan għandu jkun mingħajr ħlas għall-benefiċjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit