+Artikolu 86 2
|
Artikolu 86 2
2. L-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tiġi aġġornata fuq bażi regolari u tal-inqas tinkludi l-istadji li ġejjin:
|
(a)
|
preżentazzjoni tal-proposta tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat u tal-entità prinċipali lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lis-superviżur konsolidanti;
|
|
(b)
|
preżentazzjoni tal-proposti tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli għall-entitajiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fil-livell individwali lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet kompetenti rispettivi;
|
|
(c)
|
djalogu bejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji dwar ir-rekwiżiti minimi proposti għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja, kif ukoll mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti;
|
|
(d)
|
tħejjija u preżentazzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tal-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji;
|
|
(e)
|
djalogu dwar l-abbozz tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli fil-livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja mal-impriża prinċipali fl-Unjoni u s-sussidjarji tal-grupp, meta tkun teħtieġ hekk il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru;
|
|
(f)
|
tintlaħaq deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'livell konsolidat, prinċipali u ta' kull sussidjarja;
|
|
(g)
|
komunikazzjoni tad-deċiżjoni konġunta dwar ir-rekwiżiti minimi għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli f'livell konsolidat, prinċipali u sussidjarju lill-impriża prinċipali fl-Unjoni.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
- EULAW_CS -
EULAW_CS
|