+Artikolu 7 2

Artikolu 7 2

2.   Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, ir-referenza għal entitajiet ġuridiċi jew fergħat tinftiehem bħala referenza għal entitajiet ġuridiċi jew fergħat li:

(a)

jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-profitt tal-entità jew l-entitajiet koperti mill-pjan ta' rkupru jew għall-finanzjament tagħhom, jew għandhom sehem importanti mill-assi, l-obbligazzjonijiet jew il-kapital tagħhom;

(b)

iwettqu attivitajiet kummerċjali importanti;

(c)

iwettqu b'mod ċentrali funzjonijiet operatorji, tar-riskju jew amministrattivi importanti;

(d)

iġarrbu riskji sostanzjali li, fl-agħar xenarju possibbli, jistgħu jixħtu f'riskju l-vijabilità tal-istituzzjoni jew tal-grupp;

(e)

ma jistgħux jiġu ċeduti jew likwidati mingħajr il-probabbiltà li l-istituzzjoni jew il-grupp kollu kemm hu jġarrbu riskju qawwi;

(f)

huma importanti għall-istabbiltà finanzjarja ta' mill-inqas wieħed mill-Istati Membri fejn għandhom l-uffiċċji reġistrati tagħhom jew fejn joperaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW_DA -

    EULAW_DA