4. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jqisu jekk is-sistemi tal-istituzzjoni jew tal-grupp humiex kapaċi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa mill-iskemi ta' garanzija tad-depożiti rilevanti għall-finijiet ta' forniment tal-pagament lil depożiti koperti fl-ammonti u l-perjodi ta' żmien speċifikati fid-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jew fejn relevanti skont l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti tal-pajjiż terz ekwivalenti, inkluż f'bilanċi tad-depożiti koperti.
L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jivvalutaw ukoll jekk l-istituzzjoni jew il-grupp għandhomx il-kapaċità meħtieġa li jsostnu l-operazzjonijiet tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti, b'mod partikolari billi jagħmlu distinzjoni bejn il-bilanċi koperti u dawk mhux koperti fuq il-kontijiet tad-depożiti.