+Artikolu 25 3
|
Artikolu 25 3
3. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw tal-inqas dawn li ġejjin:
|
(a)
|
x'għodod ta' riżoluzzjoni jintużaw bl-istrateġija ta' riżoluzzjoni ppreferuta u jekk dawn l-għodod ta' riżoluzzjoni humiex disponibbli għal entitajiet ġuridiċi li għalihom l-istrateġija ta' riżoluzzjoni tipproponi li tapplikahom;
|
|
(b)
|
l-ammont ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni proposta, ir-riskju jekk ma jkunx hemm kontribuzzjoni għall-assorbiment jew ir-rikapitalizzazzjoni tar-riskju, u l-entitajiet legali li joħorġu dawn l-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' kkonċernati, billi jiġi kkunsidrat:
|
(i)
|
punt uniku ta' dħul għandu probabbiltà ikbar li jkun adattat jekk il-kumpanija holding prinċipali jew tal-grupp toħroġ biżżejjed obbligazzjonijiet eliġibbli maħruġin esternament jew obbligazzjonijiet li mistennijin jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni bl-istrateġija ta' riżoluzzjoni proposta;
|
|
(ii)
|
punt multiplu ta' dħul għandu probabbiltà ikbar li jkun adattat jekk iktar minn entità waħda jew subgrupp reġjonali jew funzjonali fil-grupp li jiġi solvut joħorġu obbligazzjonijiet eliġibbli tal-grupp jew obbligazzjonijiet li mistennijin jikkontribwixxu għall-assorbment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni bl-istrateġija ta' riżoluzzjoni proposta;
|
|
|
(c)
|
l-arranġamenti kuntrattwali jew oħrajn li hemm fis-seħħ sabiex it-telf jiġi ttrasferit bejn l-entitajiet ġuridiċi fi grupp;
|
|
(d)
|
l-istruttura operattiva u l-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni jew tal-grupp, u b'mod partikolari jekk humiex integrati ħafna jew għandhomx struttura deċentralizzata bi grad għoli ta' separazzjoni bejn partijiet differenti tal-istituzzjoni jew tal-grupp, filwaqt li jitqies li:
|
(i)
|
punt uniku ta' dħul għandu probabbiltà ikbar li jkun adattat jekk grupp jopera b'mod integrat ħafna, inkluż billi jkollu mmaniġġar tal-likwidità ċentralizzat, immaniġġar tar-riskju, funzjonijiet tat-teżor jew servizzi tal-IT u servizzi kritiċi oħrajn kondiviżi.
|
|
(ii)
|
punt multiplu ta' dħul għandu probabbiltà ikbar li jkun adattat jekk l-operazzjonijiet ta' grupp jinqasmu f'żewġ sottogruppi identifikabbli ċari jew iktar, billi kull wieħed ikun indipendenti b'mod finanzjarju, legali jew operattiv minn partijiet oħrajn tal-grupp, u kwalunkwe dipendenza operattiv kritika fuq partijiet oħrajn tal-grupp tkun ibbażata fuq arranġamenti robusti li jiżguraw l-operat kontinwat tagħhom fil-każ ta' riżoluzzjoni;
|
|
|
(e)
|
l-infurzabbiltà tal-għodod ta' riżoluzzjoni li jkunu applikati, b'mod partikolari f'pajjiżi terzi.
|
|
(f)
|
jekk l-istrateġija ta' riżoluzzjoni teħtieġx azzjoni ta' appoġġ mingħand awtoritajiet oħrajn, b'mod partikolari f'pajjiżi terzi, jew teħtieġx li t-tali awtoritajiet iżommu lura minn azzjonijiet ta' riżoluzzjoni indipendenti; u jekk kwalunkwe azzjoni bħal din tkunx fattibbli u kredibbli għal dawk l-awtoritajiet.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
- EULAW_DA -
EULAW_DA
|