2. Meta jagħmlu din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw l-impatt probabbli tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni fuq is-sistemi finanzjarji ta' kwalunkwe Stat Membru jew tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jqisu l-funzjonijiet li jwettqu l-istituzzjoni jew il-grupp u jivvalutaw jekk ikunx probabbli li l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tħalli impatt avvers materjali fuq dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-funzjonament tas-suq finanzjarju u b'mod partikolari l-kunfidenza tas-suq;
|
|
(b)
|
l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, u b'mod partikolari:
|
(i)
|
jekk il-waqfien f'daqqa tal-attivitajiet ixekkilx il-funzjonament normali tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju b'mod li jħalli impatt negattiv fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi;
|
|
(ii)
|
jekk u l-punt sa fejn l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju jistgħu jservu bħala kanali ta' kontaġju fil-proċess ta' likwidazzjoni;
|
|
|
(c)
|
istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, u b'mod partikolari:
|
(i)
|
jekk il-likwidazzjoni żżidx il-kostijiet tal-finanzjament ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jew tnaqqasx id-disponibbiltà tal-finanzjament għalihom b'mod li jkun ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja;
|
|
(ii)
|
ir-riskju ta' kontaġju dirett u indirett u l-effetti ta' rispons makroekonomiku;
|
|
|
(d)
|
l-ekonomija reali u b'mod partikolari fuq id-disponibbiltà ta' servizzi finanzjarji.
|