+Critical and Important Functions

Critical and Important Functions

Identify, classify and adequately document all critical and important functions. This process involves determining which functions are essential for the entity's operational stability and continuity. Review as needed, and at least yearly, the adequacy of this classification.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 6 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom qafas sod, komprensiv u ddokumentat sewwa għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT bħala parti mis-sistema globali tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju, li jippermettilhom jindirizzaw ir-riskju tal-ICT malajr, b’mod effiċjenti u komprensiv, u jiżguraw livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali.

EULAW Artikolu 6 2

2.   Il-qafas għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jinkludi tal-anqas l-istrateġiji, il-politiki, il-proċeduri, il-protokolli tal-ICT u l-għodod li huma meħtieġa biex b’mod debitu u adegwat jiġu protetti l-assi kollha ta’ informazzjoni u l-assi kollha tal-ICT, fosthom is-software tal-kompjuters, il-hardware u s-servers, kif ukoll biex jiġu protetti l-komponenti fiżiċi u l-infrastrutturi rilevanti kollha, bħall-bini, iċ-ċentri tad-data u ż-żoni kklassifikati bħala sensittivi, sabiex jiġi żgurat li l-assi kollha ta’ informazzjoni u l-assi kollha tal-ICT ikunu protetti b’mod adegwat mir-riskji inkluż il-ħsara u l-aċċess jew l-użu mhux awtorizzat.

EULAW Artikolu 6 3

3.   F’konformità mal-qafas tagħhom għall-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT billi jużaw strateġiji, politiki, proċeduri, protokolli tal-ICT u għodod xierqa. Huma għandhom jipprovdu informazzjoni kompleta u aġġornata dwar ir-riskju tal-ICT u dwar il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

EULAW Artikolu 6 4

4.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jassenjaw ir-responsabbiltà għall-ġestjoni u s-sorveljanza ta’ riskju tal-ICT lil funzjoni ta’ kontroll u jiżguraw livell xieraq ta’ indipendenza ta’ tali funzjoni ta’ kontroll sabiex jevitaw kunflitti ta’ interess. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw segregazzjoni u indipendenza xierqa tal-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, tal-funzjonijiet ta’ kontroll u tal-funzjonijiet tal-awditjar intern, skont it-tliet linji tal-mudell ta’ difiża, jew mudell intern ta’ kontroll u tal-ġestjoni tar-riskji.

EULAW Artikolu 6 5

5.   Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jiġi ddokumentat u rieżaminat mill-inqas darba fis-sena, jew perjodikament fil-każ tal-mikrointrapriżi, kif ukoll mal-okkorrenza ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT, u wara struzzjonijiet superviżorji jew konklużjonijiet derivati mill-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali jew il-proċessi tal-awditjar rilevanti. Huwa għandu jittejjeb kontinwament abbażi tal-lezzjonijiet meħuda mill-implimentazzjoni u l-monitoraġġ. Rapport dwar ir-rieżami tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fuq talba tagħha.

EULAW Artikolu 6 7

7.   Abbażi tal-konklużjonijiet tar-rieżami intern tal-awditu, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu proċess formali ta’ segwitu, inkluż regoli għall-verifika u r-rimedju f’waqthom tas-sejbiet kruċjali tal-awditu tal-ICT.

EULAW Artikolu 6 9

9.   L-entitajiet finazjarji jistgħu, fil-kuntest tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali msemmija fil-paragrafu 8, jiddefinixxu strateġija olistika tal-ICT b’diversi bejjiegħa, fil-livell ta’ grupp jew entità, waqt li juru d-dipendenzi ewlenin fuq fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u jispjegaw ir-raġunament wara l-akkwist imħallat ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

EULAW Artikolu 6 10

10.   L-entitajiet finanzjarji jistgħu, f’konformità mal-liġi settorjali tal-Unjoni u dik nazzjonali, jesternalizzaw il-kompiti tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT lil impriżi intragrupp jew esterni. Fil-każ ta’ tali esternalizzazzjoni, l-entità finanzjarja tibqa’ terfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT.

EULAW Artikolu 8 1

1.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw, jikklassifikaw u jiddokumentaw b’mod adegwat il-funzjonijiet tan-negozju kollha appoġġjati mill-ICT, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet, l-assi ta’ informazzjoni u l-assi tal-ICT li jappoġġjaw dawk il-funzjonijiet, u r-rwoli u d-dipendenzi tagħhom fir-rigward tar-riskju tal-ICT. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrieżaminaw kif meħtieġ, u mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza ta’ din il-klassifikazzjoni u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti.

EULAW Artikolu 9 1

1.   Għall-finijiet ta’ protezzjoni adegwata tas-sistemi tal-ICT u bl-għan li jiġu organizzati miżuri ta’ rispons, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimmonitorjaw u jikkontrollaw kontinwament is-sigurtà u l-funzjonament tas-sistemi u tal-għodod tal-ICT u għandhom jimminimizzaw l-impatt tar-riskju tal-ICT fuq is-sistemi tal-ICT bl-użu ta’ għodod, politiki u proċeduri xierqa tas-sigurtà tal-ICT.

EULAW Artikolu 9 4

4.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jiddokumentaw politika tas-sigurtà tal-informazzjoni li tiddefinixxi r-regoli għall-protezzjoni tad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, l-assi tal-informazzjoni u l-assi tal-ICT, inkluż dawk tal-klijenti tagħhom, fejn applikabbli;

(b)

waqt li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jistabbilixxu struttura għaqlija għall-ġestjoni tan-netwerk u tal-infrastruttura bl-użu ta’ tekniki, metodi u protokolli xierqa li jistgħu jinkludu l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi awtomatizzati biex jiżolaw l-assi tal-informazzjoni fil-każ li jintlaqtu minn ċiberattakki;

(c)

jimplimentaw politiki li jillimitaw l-aċċess fiżiku jew loġiku għall-assi tal-informazzjoni u għall-assi tal-ICT għal dak li huwa meħtieġ għall-funzjonijiet u l-attivitajiet leġittimi u approvati biss, u għal dak il-għan jistabbilixxu sett ta’ politiki, proċeduri u kontrolli li jindirizzaw id-drittijiet tal-aċċess u jiżguraw l-amministrazzjoni għaqlija tagħhom;

(d)

jimplimentaw politiki u protokolli għal mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni b’saħħithom, ibbażati fuq standards rilevanti u sistemi ta’ kontroll dedikati, u miżuri ta’ protezzjoni ta’ ċwievet kriptografiċi li bihom id-data tiġi kriptata abbażi tar-riżultati ta’ proċessi approvati ta’ klassifikazzjoni tad-data u ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-ICT;

(e)

jimplimentaw politiki, proċeduri u kontrolli dokumentati għall-ġestjoni tal-bidliet fl-ICT, inkluż bidliet fis-software, fil-hardware, fil-komponenti tal-firmware, parametri ta’ sistemi jew sigurtà, li jkunu bbażati fuq approċċ ta’ valutazzjoni tar-riskju u li huma parti integrali mill-proċess globali ta’ ġestjoni tat-tibdil tal-entità finanzjarja, sabiex jiżguraw li l-bidliet kollha fis-sistemi tal-ICT jiġu rreġistrati, ittestjati, ivvalutati, approvati, implimentati u vverifikati b’mod ikkontrollat;

(f)

ikollhom politiki dokumentati xierqa u komprensivi għal software korrettiv u ta’ aġġornament.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom ifasslu l-infrastruttura tal-konnessjoni tan-netwerk b’tali mod li din tkun tista’ tinqata’ b’mod istantanju jew tiġi segmentata sabiex jimminimizzaw u jipprevjenu l-kontaġju, speċjalment tal-proċessi finanzjarji interkonnessi.

Għall-finijiet tal- ewwel subparagrafu, il-punt (e), il-proċess ta’ ġestjoni tat-tibdil fl-ICT għandu jiġi approvat mil-livelli xierqa tal-maniġment u għandu jkollu protokolli speċifiċi stabbiliti.

EULAW Artikolu 11 1

1.   Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1) u abbażi tar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 8, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu politika komprensiva tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, li tista’ tiġi adottata bħala politika speċifika dedikata, li tifforma parti integrali mill-politika globali tal-kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja.

EULAW Artikolu 11 3

3.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT assoċjati, li fil-każ ta’ entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet ta’ awditjar intern.

EULAW Artikolu 11 6

6.   Bħala parti mill-ġestjoni komprensiva tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom:

(a)

jittestjaw il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT fir-rigward tas-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kollha mill-anqas darba f’sena, kif ukoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(b)

jittestjaw il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 14.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jinkludu fil-pjanijiet tal-ittestjar xenarji ta’ ċiberattakki u l-qlib minn infrastruttura primarja tal-ICT għall-oħra u l-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 12.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrevedu regolarment il-politika tagħhom tal-kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, filwaqt li jqisu r-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu u mar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn kontrolli tal-awditjar jew rieżamijiet superviżorji.

EULAW Artikolu 12 1

1.   Sabiex jiġi żgurat ir-restawr tas-sistemi tal-ICT u tad-data bl-iqsar perjodu ta’ qtugħ, tfixkil u telf limitati, bħala parti mill-qafas tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw:

(a)

politiki u proċeduri ta’ backup li jispeċifikaw l-ambitu tad-data li tkun soġġetta għall-backup u l-frekwenza minima tal-backup, abbażi tal-kritikalità tal-informazzjoni jew il-livell ta’ kunfidenzjalità tad-data;

(b)

proċeduri u metodi ta’ restawr u rkupru.

EULAW Artikolu 12 2

2.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ backup li jistgħu jiġu attivati skont il-politiki u l-proċeduri ta’ backup, kif ukoll il-proċeduri u l-metodi ta’ restawr u rkupru. L-attivazzjoni tas-sistemi ta’ backup ma għandhiex tipperikola s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni jew id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-inegrità jew il-kunfidenzjalità tad-data. L-ittestjar tal-proċeduri ta’ backup u tal-proċeduri ta’ restawr u rkupru għandhom jitwettqu perjodikament.

EULAW Artikolu 12 3

3.   Meta jirrestawraw id-data ta’ backup bl-użu tas-sistemi proprji, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw sistemi tal-ICT li jkunu fiżikament u loġikament segregati mis-sistema tal-ICT tas-sors. Is-sistemi tal-ICT għandhom ikunu protetti b’mod sigur minn kwalunkwe aċċess mhux awtorizzat jew korruzzjoni tal-ICT u jippermettu r-restawr f’waqtu tas-servizzi li jużaw id-data u l-backups tas-sistema kif meħtieġ.

Għall-kontropartijiet ċentrali, il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jippermettu l-irkupru tat-tranżazzjonijiet kollha li kienu qed isiru meta seħħet l-tfixkil sabiex jippermettu lill-kontroparti ċentrali tkompli topera b’ċertezza u tlesti s-saldu fid-data skedata.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data għandhom barra minn hekk iżommu riżorsi adegwati u jkollhom fis-seħħ faċilitajiet ta’ backup u restawr sabiex joffru u jżommu s-servizzi tagħhom f’kull ħin.

EULAW Artikolu 13 3

3.   It-tagħlimiet meħuda mill-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali mwettaq f’konformità mal-Artikoli 26 u 27 u minn inċidenti relatati mal-ICT fil-ħajja reali, b’mod partikolari ċiberattakki, flimkien mal-isfidi li jfiġġu mal-attivazzjoni tal-pjanijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT jew tal-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT, flimkien mal-informazzjoni rilevanti skambjata mal-kontropartijiet u vvalutata fir-rieżamijiet superviżorji, għandhom jiġu inkorporati kif xieraq fuq bażi kontinwa fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-ICT. Dawk is-sejbiet għandhom jifformaw il-bażi għal rieżamijiet xierqa tal-komponenti rilevanti tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).

EULAW Artikolu 13 5

5.   Il-persunal għoli tal-ICT għandu jirrapporta mill-inqas darba fis-sena lill-korp maniġerjali dwar is-sejbiet imsemmija fil-paragrafu 3 u jressaq rakkomandazzjonijiet.

EULAW Artikolu 13 7

7.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti fuq bażi kontinwa, anki bil-ħsieb li jifhmu l-impatt possibbli tal-użu ta’ tali teknoloġiji ġodda fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ICT u fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali. Huma għandhom iżommu ruħhom aġġornati dwar l-aħħar proċessi tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, sabiex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-forom attwali jew ġodda ta’ ċiberattakki.

EULAW Artikolu 14 2

2.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw politiki ta’ komunikazzjoni għall-persunal intern u għall-partijiet ikkonċernati esterni. Il-politiki ta’ komunikazzjoni għall-persunal għandhom iqisu l-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-persunal involut fil-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari l-persunal responsabbli għar-rispons u l-irkupru, u l-persunal li jeħtieġ li jiġi informat.

EULAW Artikolu 24 1

1.   Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija għall-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT, tal-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet, nuqqasijiet u lakuni fir-reżiljenza operazzjonali diġitali u tal-implimentazzjoni fil-pront ta’ miżuri korrettivi, l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), jistabbilixxu, iżommu u jirrieżaminaw programm tajjeb u komprensiv ta’ ttestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala parti integrali mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6.

EULAW Artikolu 28 2

2.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji, għajr dawk l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu u għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jadottaw, u jirrieżaminaw b’mod regolari, strateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, waqt li jqisu l-istrateġija ta’ diversi bejjiegħa msemmija fl-Artikolu 6(9), fejn applikabbli. L-istrateġija dwar ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi għandha tinkludi politika dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u għandha tapplika fuq bażi individwali u, fejn rilevanti, fuq bażi subkonsolidata u konsolidata. Il-korp maniġerjali għandu, abbażi ta’ valutazzjoni tal-profil tar-riskju ġenerali tal-entità finanzjarja u l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi tan-negozju, jirrieżamina regolarment ir-riskji identifikati fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

EULAW Artikolu 28 3

3.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu u jaġġornaw fil-livell tal-entità, u fil-livelli subkonsolidati u konsolidati, reġistru ta’ informazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali kollha dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

L-arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ddokumentati b’mod xieraq, filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk li jkopru s-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u dawk li le.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-għadd ta’ arranġamenti ġodda dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, il-kategoriji tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, it-tip ta’ arranġamenti kuntrattwali u s-servizzi u l-funzjonijiet tal-ICT li qed jiġu pprovduti.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, ir-reġistru sħiħ tal-informazzjoni jew, kif mitlub, taqsimiet speċifikati tiegħu, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala neċessarja biex tkun tista’ ssir is-superviżjoni effettiva tal-entità finanzjarja.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti fil-ħin dwar kwalunkwe arranġament kuntrattwali dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT ippjanat li jappoġġja funzjonijiet kritiċi jew importanti kif ukoll meta funzjoni ssir kritika jew importanti.