+Inclusion of Third-Party Providers

Inclusion of Third-Party Providers

Incorporate ICT third-party service providers as participants in relevant training programs, where appropriate. Third-parties shall be informed on the ICT security policies, procedures and protocols and be made aware of the reporting channels put in place for detecting anomalous activities. Upon termination of employment or contract termination, the third-parties are required to return all ICT assets and information assets that belong to the financial entity. 

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 5 2

2.   Il-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandu jiddefinixxi, japprova, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kollha relatati mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp maniġerjali għandu:

(a)

jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(b)

jistabbilixxi politiki li għandhom l-għan li jiżguraw iż-żamma ta’ standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità u kunfidenzjalità tad-data;

(c)

jistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-funzjonijiet kollha marbuta mal-ICT u jistabbilixxi arranġamenti xierqa ta’ governanza sabiex jiżgura l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi u f’waqthom fost dawk il-funzjonijiet;

(d)

jerfa’ r-responsabbiltà globali għall-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmija fl-Artikolu 6(8), inkluż id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ tolleranza għar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 6(8), il-punt (b);

(e)

japprova, jissorvelja u jirrieżamina perjodikament l-implimentazzjoni tal-politika ta’ kontinwità ta’ negozju tal-ICT tal-entità finanzjarja u tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT, imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 11(1) u (3), li jistgħu jiġu adottati bħala politika speċifika ddedikata li tifforma parti integrali mill-politika globali ta’ kontinwità ta’ negozju tal-entità finanzjarja u mill-pjan ta’ rispons u ta’ rkupru;

(f)

japprova u jirrieżamina perjodikament il-pjanijiet tal-entità finanzjarja tal-awditu intern tal-ICT, l-awditi tal-ICT u l-modifiki materjali għalihom;

(g)

jalloka u jirrevedi perjodikament il-baġit xieraq biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja fir-rigward tat-tipi kollha ta’ riżorsi, inkluż programmi rilevanti ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 13(6), u ħiliet fl-ICT għall-persunal kollu;

(h)

japprova u jirrieżamina perjodikament il-politika tal-entità finanzjarja dwar l-arranġamenti rigward l-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;

(i)

jistabbilixxi, fil-livell korporattiv, kanali ta’ rapportar li permezz tagħhom jiġi infurmat kif xieraq dwar dan li ġej:

(i)

l-arranġamenti konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT,

(ii)

kwalunkwe bidla materjali rilevanti ppjanata fir-rigward tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT,

(iii)

l-impatt potenzjali ta’ tali bidliet fuq il-funzjonijiet kritiċi jew importanti soġġetti għal dawk l-arranġamenti, inkluż sommarju tal-analiżi tar-riskju li tivvaluta l-impatt ta’ dawk il-bidliet, u l-inċidenti marbuta mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, u l-impatt tagħhom, kif ukoll il-miżuri ta’ rispons, irkupru u rimedju.

EULAW Artikolu 13 6

6.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżviluppaw programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u sessjonijiet ta’ taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala moduli obbligatorji fl-iskemi tat-taħriġ tal-persunal tagħhom. Dawk il-programmi u sessjonijiet ta’ taħriġ għandhom ikunu applikabbli għall-impjegati kollha u għall-persunal tal-maniġment superjuri, u għandu jkollhom livell ta’ kumplessità proporzjonat għall-mandat tal-funzjonijiet tagħhom. Fejn xieraq, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinkludu wkoll fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fl-iskemi ta’ taħriġ rilevanti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(2), il-punt (i).