+Knowledge of the Management Body

Knowledge of the Management Body

The Management body shall ensure that it is kept up to date with sufficient knowledge and skills to understand and assess ICT risks and operations (e.g. through periodic trainings).

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 5 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ qafas intern ta’ governanza u kontroll li jiżgura l-ġestjoni effettiva u prudenti tar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-Artikolu 6(4), sabiex jinkiseb livell għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali.

EULAW Artikolu 5 2

2.   Il-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandu jiddefinixxi, japprova, jissorvelja u jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kollha relatati mal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-korp maniġerjali għandu:

(a)

jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(b)

jistabbilixxi politiki li għandhom l-għan li jiżguraw iż-żamma ta’ standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità u kunfidenzjalità tad-data;

(c)

jistabbilixxi rwoli u responsabbiltajiet ċari għall-funzjonijiet kollha marbuta mal-ICT u jistabbilixxi arranġamenti xierqa ta’ governanza sabiex jiżgura l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi u f’waqthom fost dawk il-funzjonijiet;

(d)

jerfa’ r-responsabbiltà globali għall-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmija fl-Artikolu 6(8), inkluż id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ tolleranza għar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 6(8), il-punt (b);

(e)

japprova, jissorvelja u jirrieżamina perjodikament l-implimentazzjoni tal-politika ta’ kontinwità ta’ negozju tal-ICT tal-entità finanzjarja u tal-pjanijiet ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT, imsemmija, rispettivament, fl-Artikolu 11(1) u (3), li jistgħu jiġu adottati bħala politika speċifika ddedikata li tifforma parti integrali mill-politika globali ta’ kontinwità ta’ negozju tal-entità finanzjarja u mill-pjan ta’ rispons u ta’ rkupru;

(f)

japprova u jirrieżamina perjodikament il-pjanijiet tal-entità finanzjarja tal-awditu intern tal-ICT, l-awditi tal-ICT u l-modifiki materjali għalihom;

(g)

jalloka u jirrevedi perjodikament il-baġit xieraq biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja fir-rigward tat-tipi kollha ta’ riżorsi, inkluż programmi rilevanti ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà tal-ICT u taħriġ fir-reżiljenza operazzjonali diġitali kif imsemmi fl-Artikolu 13(6), u ħiliet fl-ICT għall-persunal kollu;

(h)

japprova u jirrieżamina perjodikament il-politika tal-entità finanzjarja dwar l-arranġamenti rigward l-użu tas-servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;

(i)

jistabbilixxi, fil-livell korporattiv, kanali ta’ rapportar li permezz tagħhom jiġi infurmat kif xieraq dwar dan li ġej:

(i)

l-arranġamenti konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT,

(ii)

kwalunkwe bidla materjali rilevanti ppjanata fir-rigward tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT,

(iii)

l-impatt potenzjali ta’ tali bidliet fuq il-funzjonijiet kritiċi jew importanti soġġetti għal dawk l-arranġamenti, inkluż sommarju tal-analiżi tar-riskju li tivvaluta l-impatt ta’ dawk il-bidliet, u l-inċidenti marbuta mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, u l-impatt tagħhom, kif ukoll il-miżuri ta’ rispons, irkupru u rimedju.

EULAW Artikolu 5 3

3.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jistabbilixxu rwol sabiex jimmonitorjaw l-arranġamenti konklużi mal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT, jew għandhom jaħtru membru tal-maniġment superjuri bħala responsabbli għas-sorveljanza tal-esponiment għar-riskju u d-dokumentazzjoni rilevanti marbuta miegħu.

EULAW Artikolu 5 4

4.   Il-membri tal-korp maniġerjali tal-entità finanzjarja għandhom b’mod attiv ikunu aġġornati b’għarfien u b’ħiliet biżżejjed biex jifhmu u jivvalutaw ir-riskji tal-ICT u l-impatt tiegħu fuq l-operazzjonijiet tal-entità finanzjarja, inkluż billi jsegwu taħriġ speċifiku fuq bażi regolari, proporzjonat għar-riskji tal-ICT li jkunu qed jiġu ġestiti.

EULAW Artikolu 6 8

8.   Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT għandu jinkludi strateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali li turi kif għandu jiġi implimentat il-qafas. Għal dak l-għan, l-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali għandha tinkludi l-metodi biex jiġi indirizzat ir-riskju tal-ICT u biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-ICT, billi:

(a)

tispjega kif il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT jappoġġja l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju tal-entità finanzjarja;

(b)

tistabbilixxi l-livell ta’ tolleranza tar-riskju għar-riskju tal-ICT, f’konformità mal-predispożizzjoni għar-riskju tal-entità finanzjarja, u tiġi analizzata t-tolleranza tal-impatt għal tfixkil fl-ICT;

(c)

tistabbilixxi l-objettivi ċari għas-sigurtà tal-informazzjoni, inkluż indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u metriċi tar-riskju ewlenin;

(d)

tispjega l-arkitettura ta’ referenza tal-ICT u kwalunkwe bidla meħtieġa biex jintlaħqu objettivi speċifiċi tan-negozju;

(e)

tiddeskrivi l-mekkaniżmi differenti implimentati biex jindividwaw inċidenti relatati mal-ICT, jipprevjenu l-impatt tagħhom u jipprovdu protezzjoni minnu;

(f)

turi l-evidenza għas-sitwazzjoni attwali tar-reżiljenza operazzjonali diġitali abbażi tal-għadd ta’ inċidenti kbar marbuta mal-ICT irrappurtati u l-effikaċja tal-miżuri preventivi;

(g)

timplimenta l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, f’konformità mal-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament;

(h)

tiddeskrivi strateġija ta’ komunikazzjoni f’każ ta’ inċidenti marbuta mal-ICT li d-divulgazzjoni tagħhom hija meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 14.

EULAW Artikolu 13 4

4.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom li tinsab fl-Artikolu 6(8). Huma għandhom jidentifikaw l-evoluzzjoni tar-riskju tal-ICT matul iż-żmien, janalizzaw il-frekwenza, it-tipi, id-daqs u l-evoluzzjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki u x-xejriet tagħhom, bil-ħsieb li jifhmu l-livell ta’ esponiment għar-riskju tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti, u jtejbu l-maturità ċibernetika u l-istat ta’ tħejjija tal-entità finanzjarja.