+Periodic TLPT Testing

Periodic TLPT Testing

Conduct Threat-led penetration testing (TLPT) every three years, aligning with the entity's risk profile. Ensure TLPT covers all critical or important functions and test on live production systems. Provide the regulator with a report encompassing TLPT findings, remediation plans, and documentation demonstrating adherence to this control. Perform TLPT according to the DORA TLPT framework (based on the TIBER-EU framework) as defined in the corresponding RTS. 

*Note that this control is only applicable for financial institutions wich are eligible for TLPT. Refer to the RTS on TLPT for more information on applicability.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 26 1

1.   L-entitajiet finanzjarji, għajr l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, u għajr il-mikrointrapriżi, li huma identifikati f’konformità mal-paragrafu 8, it-tielet subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, għandhom iwettqu, mill-inqas kull tliet snin, ittestjar avvanzat permezz tat-TLPT. Abbażi tal-profil tar-riskju tal-entità finanzjarja u b’kont meħud taċ-ċirkostanzi operazzjonali, l-awtorità kompetenti tista’, fejn neċessarju, titlob lill-entità finanzjarja biex tnaqqas jew iżżid din il-frekwenza.

EULAW Artikolu 26 2

2.   Kull test tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid għandu jkopri diversi funzjonijiet kritiċi jew importanti ta’ entità finanzjarja, jew ikoprihom kollha, u għandu jitwettaq fuq sistemi ta’ produzzjoni li jkunu qed jappoġġjaw tali funzjonijiet.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jidentifikaw is-sistemi, il-proċessi u t-teknoloġiji sottostanti rilevanti kollha tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti u s-servizzi rilevanti kollha tal-ICT, inkluż dawk li jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti u servizzi li ġew esternalizzati jew ikkuntrattati lil fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw liema funzjonijiet kritiċi jew importanti jeħtieġ li jiġu koperti mit-TLPT. Ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jiddetermina l-ambitu preċiż tat-TLPT u għandu jiġi vvalidat mill-awtoritajiet kompetenti.

EULAW Artikolu 26 3

3.   Meta l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT ikunu inklużi fl-ambitu tat-TLPT, l-entità finanzjarja għandha tieħu l-miżuri u s-salvagwardji meħtieġa biex tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħal dawn fit-TLPT u għandha dejjem iżżomm ir-responsabbiltà sħiħa li tiżgura l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

EULAW Artikolu 26 4

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, meta l-parteċipazzjoni ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fit-TLPT, imsemmi fil-paragrafu 3, tkun raġonevolment mistennija li jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità jew is-sigurtà tas-servizzi mogħtija minn fornitur terz ta’ servizz tal-ICT lill-konsumaturi li jkunu entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew fuq il-kunfidenzjalità tad-data marbuta ma’ servizzi bħal dawn, l-entità finanzjarja u l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jistgħu jaqblu bil-miktub li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jidħol direttament f’arranġamenti kuntrattwali ma’ tester estern, għall-fini li jwettaq, taħt id-direzzjoni ta’ entità finanzjarja waħda ddeżinjata, TLPT aggregat li jinvolvi diversi entitajiet finanzjarji (ittestjar aggregat) li għaliha l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi servizzi tal-ICT.

Dak l-ittestjar aggregat għandu jkopri l-firxa rilevanti ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti kkuntrattati lill-fornitur terz rispettiv ta’ servizzi tal-ICT mill-entitajiet finanzjarji. L-ittestjar aggregat għandu jitqies bħala TLPT imwettaq mill-entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat.

L-għadd ta’ entitajiet finanzjarji parteċipanti fl-ittestjar aggregat għandu jiġi kkalibrat kif xieraq b’kont meħud tal-kumplessità u t-tipi ta’ servizzi involuti.

EULAW Artikolu 26 6

6.   Fi tmiem l-ittestjar, wara li jkunu ġew miftiehma r-rapporti u l-pjanijiet ta’ rimedju, l-entità finanzjarja u, fejn applikabbli, it-testers esterni għandhom jipprovdu lill-awtorità, iddeżinjata skont il-paragrafu 9 jew 10, sommarju tas-sejbiet rilevanti, il-pjanijiet ta’ rimedju u d-dokumentazzjoni li turi li t-TLPT twettaq skont ir-rekwiżiti.

EULAW Artikolu 26 7

7.   L-awtoritajiet għandhom jipprovdu lill-entitajiet finanzjarji b’attestazzjoni li tikkonferma li t-test twettaq f’konformità mar-rekwiżiti kif tixhed id-dokumentazzjoni sabiex ikun jista’ jsir rikonoxximent reċiproku tat-testijiet tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid bejn l-awtoritajiet kompetenti. L-entità finanzjarja għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bl-attestazzjoni, is-sommarju tas-sejbiet rilevanti u l-pjanijiet ta’ rimedju.

Mingħajr preġudizzju għal tali attestazzjoni, l-entitajiet finanzjarji għandhom f’kull ħin jibqgħu kompletament responsabbli għall-impatt tat-testijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

EULAW Artikolu 26 8

8.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jikkuntrattaw testers biex iwettqu t-TLPT f’konformità mal-Artikolu 27. Meta l-entitajiet finanzjarji jużaw testers interni biex iwettqu t-TLPT, huma għandhom jikkuntrattaw testers estern għal kull tliet testijiet.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma kklassifikati bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jużaw biss testers esterni f’konformità mal-Artikolu 27(1), il-punti (a) sa (e).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-entitajiet finanzjarji li huma meħtieġa jwettqu TLPT waqt li jqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), abbażi ta’ valutazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a)

fatturi relatati mal-impatt, b’mod partikolari safejn is-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa mill-entità finanzjarja jimpattaw is-settur finanzjarju;

(b)

it-tħassib possibbli dwar l-istabbiltà finanzjarja, inkluż il-karattru sistemiku tal-entità finanzjarja fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, kif applikabbli;

(c)

il-profil speċifiku tar-riskju tal-ICT, il-livell ta’ maturità tal-ICT tal-entità finanzjarja jew il-karatteristiċi tat-teknoloġija involuti.

EULAW Artikolu 27 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw biss testers għat-twettiq tat-TLPT, li:

(a)

jkunu l-aktar xierqa u tal-ogħla reputazzjoni;

(b)

ikollhom kapaċitajiet tekniċi u organizzazzjonali u juru għarfien espert speċifiku fl-intelligence tat-theddid, l-ittestjar tal-penetrazzjoni u l-ittestjar tat-tim l-aħmar;

(c)

huma ċċertifikati minn korp ta’ akkreditazzjoni fi Stat Membru jew jaderixxu ma’ kodiċijiet ta’ kondotta formali jew oqfsa etiċi;

(d)

jipprovdu aċċertament indipendenti, jew rapport tal-awditjar, b’rabta mal-ġestjoni għaqlija tar-riskji assoċjati mat-twettiq tat-TLPT, inkluż il-protezzjoni xierqa tal-informazzjoni kunfidenzjali tal-entità finanzjarja u r-rimedju għar-riskji tan-negozju tal-entità finanzjarja;

(e)

ikunu koperti kif xieraq u kompletament minn assigurazzjonijiet ta’ indennizz professjonali rilevanti, inkluż kontra r-riskji ta’ mġiba ħażina u negliġenza.

EULAW Artikolu 27 2

2.   Meta jużaw testers interni, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li, minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali użu jkun ġie approvat mill-awtorità kompetenti rilevanti jew mill-awtorità pubblika unika ddeżinjata skont l-Artikolu 26(9) u (10);

(b)

l-awtorità kompetenti rilevanti tkun ivverifikat li l-entità finanzjarja għandha biżżejjed riżorsi u żgurat li l-kunflitti ta’ interess huma evitati matul il-fażijiet kollha tat-tfassil u tal-eżekuzzjoni tat-test; u

(c)

il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid huwa estern għall-entità finanzjarja.

EULAW Artikolu 27 3

3.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-kuntratti konklużi mat-testers esterni jirrikjedu ġestjoni għaqlija tar-riżultati tat-TLPT u li kwalunkwe pproċessar tad-data tagħhom, inkluż kwalunkwe ġenerazzjoni, ħżin, aggregazzjoni, abbozz, rapport, komunikazzjoni jew qerda, ma joħolqux riskji għall-entità finanzjarja.