|
+Artikolu 1 Definizzjonijiet |
Artikolu 1 DefinizzjonijietArtikolu 1 Definizzjonijiet Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/61/UE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament
(1)
“impenn kapitali” tfisser impenn kuntrattwali ta’ investitur li jipprovdi lill-fond ta’ investiment alternattiv (AIF) b’ammont miftiehem ta’ investiment fuq talba mill-AIFM;
(2)
“persuna rilevanti” b’rabta ma’ AIFM, tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
direttur, sieħeb jew ekwivalenti, jew maniġer tal-AIFM;
(b)
impjegat tal-AIFM, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-AIFM u li hija involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portfoll kollettiv mill-AIFM;
(c)
persuna fiżika jew ġuridika li tkun involuta direttament fil-forniment ta’ servizzi lill-AIFM skont arranġament ta’ delega lil partijiet terzi għall-fini ta’ forniment ta’ mmaniġġjar ta’ portafoll kollettiv mill-AIFM;
(3)
“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew il-persuni li effettivament iwettqu n-negozju ta’ AIFM skont l-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva 2011/61/UE u, skont il-każ, il-membru jew il-membri eżekuttivi tal-korp tat-tmexxija;
(4)
“korp tat-tmexxija” tfisser il-korp bl-awtorità aħħarija tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’AIFM, li jinkludi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, jew il-funzjoni maniġerjali biss jekk iż-żewġ funzjonijiet ikunu separati;
(5)
“arranġament speċjali” tfisser arranġament li jinħoloq bħala konsegwenza diretta tan-natura illikwida tal-assi tal-AIF li jaffettwa d-drittijiet speċifiċi ta’ tifdija tal-investituri f’tip ta’ unitajiet jew ishma tal-AIF u li huwa personalizzat jew arranġament separat mid-drittijiet ġenerali ta’ tifdija tal-investituri;
(6)
“riskju għas-sostenibbiltà” strument finanzjarju li l-objettiv tiegħu huma investimenti sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(7)
“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser fatturi ta’ sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|