|
+Artikolu 84 2. |
Artikolu 84 2.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1:
(a)
UCITS tista’, fl-interess tat-titolari tal-unitajiet tagħha, tissospendi temporanjament is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija tal-unitajiet tagħha kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 1, jew tattiva jew tiddiżattiva għodod għall-ġestjoni tal-likwidità oħra magħżula mill-punti 2 sa 8 ta’ dak l-Anness f’konformità mal-Artikolu 18a(2). L-UCITS tista’ wkoll, fl-interess tat-titolari tal-unitajiet tagħha, tattiva side pockets kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 9;
(b)
fl-interess tal-investituri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-UCITS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS jistgħu jirrikjedu li UCITS tattiva jew tiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 1, meta jkun hemm riskji għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-istabbiltà finanzjarja li, b’perspettiva raġonevoli u bbilanċjata, ikunu jeħtieġu tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. UCITS għandha tuża biss sospensjoni tas-sottoskrizzjonijiet, ix-xirjiet mill-ġdid u t-tifdijiet jew is-side pockets kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), f’każijiet eċċezzjonali meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu hekk, u ġġustifikata fir-rigward tal-interessi tat-titolari tal-unitajiet tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|