+Artikolu 49 1

Artikolu 49 1

1.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 83 tad-Direttiva 2014/59/UE li trid tippubblika l-awtorità ta' riżoluzzjoni tinkludi:

(a)

l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat u, fejn disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE skont ir-riżoluzzjoni;

(b)

l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tal-impriża prinċipali immedjata u finali ta' dik l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn rilevanti;

(c)

lista tal-ismijiet ta' entitajiet oħrajn tal-grupp u fergħat relatati li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw l-effetti tagħhom, inkluż, kemm jista' jkun, informazzjoni dwar fergħat li jinsabu f'pajjiżi terzi;

(d)

sommarju tal-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni rilevanti li jittieħdu, id-dati li fihom jieħdu effett dawk l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni u b'mod partikolari l-effetti tagħhom fuq il-konsumaturi u li jinkludi dawn li ġejjin:

(i)

informazzjoni dwar l-aċċess għad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti miżmumin fl-istituzzjoni affettwata mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(ii)

informazzjoni dwar l-aċċess għall-assi jew il-fondi ta' klijenti oħrajn skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, miżmumin fl-istituzzjoni affettwata mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(iii)

informazzjoni dwar il-pagament kuntrattwali jew l-obbligi ta' twettiq soġġetti għal sospensjoni skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2014/59/UE, inklużi l-bidu u l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, fejn applikabbli;

(iv)

informazzjoni dwar il-kredituri garantiti tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE taħt riżoluzzjoni soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-infurzar tal-interess ta' garanzija inklużi l-bidu u l-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' restrizzjoni skont l-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn applikabbli;

(v)

informazzjoni dwar il-partijiet kuntrattwali affettwati mis-sospensjoni temporanja tad-drittijiet ta' terminazzjoni inkluż il-bidu u l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/59/UE, fejn applikabbli;

(e)

il-konferma tal-perkors normali tal-impenji kuntrattwali, inkluż l-iskedi tar-ripagamenti, mhux soġġetti għal sospensjonijiet skont l-Artikoli 69, 70 u 71 tad-Direttiva 2014/59/UE;

(f)

il-punt ta' kuntatt fl-istituzzjoni fejn il-konsumatur u l-kredituri jistgħu jfittxu li jiksbu iktar informazzjoni u aġġornamenti fuq l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-operazzjonijiet tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1075
  • EULAW_ET -

    EULAW_ET