1. Hija pprojbita kwalunkwe regola fi ftehimiet tal-liċenzjar, f'regoli ta' skemi applikati minn skemi ta' pagament permezz ta' kard u fi ftehimiet bejn akkwirenti u benefiċjarji li ma tħallix il-benefiċjarji jiggwidaw lill-konsumaturi lejn l-użu ta' kwalunkwe strument ta' pagament ippreferut mill-benefiċjarju. Din il-projbizzjoni għandha tkopri wkoll kwalunkwe regola li tipprojbixxi l-benefiċjarji milli jittrattaw strumenti ta' pagament bil-kard ta' skema partikolari ta' pagament permezz ta' kard b'mod iktar jew inqas favorevoli minn oħrajn.