+Artikolu 92 Politiki ta’ rimunerazzjoni
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.

Artikolu 92 Politiki ta’ rimunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 2.

►M5  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' rimunerazzjoni totali, inkluż is-salarji u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji, għal kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin b'mod li jkun adatt għad-daqs tagħhom, għall-organizzazzjoni interna tagħhom, u għan-natura, għall-ambitu u għall-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom: ◄

(a) 

il-politika ta’ rimunerazzjoni tkun konsistenti ma’ ġestjoni ta' riskji soda u effikaċi u tippromwoviha u ma tinkoraġġixxix it-teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;

▼M5

(aa) 

il-politika ta' rimunerazzjoni hija politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;

▼B

(b) 

il-politika tar-rimunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;

(c) 

il-korp ta' ġestjoni ta' istituzzjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ rimunerazzjoni u jkun responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħha;

(d) 

l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni tkun, tal-inqas kull sena, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-rimunerazzjoni adottati mill-korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

▼M11

(e) 

persunal fil-funzjonijiet ta’ kontroll intern ikunu indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollhom l-awtorità adatta, u jkunu remunerati f’konformità mal-ilħuq tal-objettivi marbutin mal-funzjonijiet tagħhom, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrollaw;

(f) 

ir-remunerazzjoni tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 95 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabbilit, mill-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

▼B

(g) 

il-politika ta' rimunerazzjoni, b'kont meħud tal-kriterji nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn kriterji għall-iffissar ta':

(i) 

rimunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg; u

(ii) 

rimunerazzjoni varjabbli li għandha tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju kif ukoll prestazzjoni ikbar minn dik mitluba biex wieħed jissodisfa d-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg.

Artikolu 92 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għandhom, tal-inqas, jinkludu:

(a) 

il-membri kollha tal-korp ta' ġestjoni u tal-maniġment superjuri;

▼M11

(b) 

il-membri tal-persunal b’responsabbiltà maniġerjali fuq il-funzjonijiet ta’ kontroll intern jew fuq l-unitajiet tan-negozju materjali tal-istituzzjoni;

▼M5

(c) 

membri tal-persunal intitolati għal rimunerazzjoni sinifikanti fis-sena finanzjarja preċedenti, dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ir-rimunerazzjoni tal-membru tal-persunal tkun ugwali għal jew aktar minn EUR 500 000 u ugwali għal jew aktar mir-rimunerazzjoni medja mogħtija lill-membri tal-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-maniġment superjuri msemmija fil-punt (a);

(ii) 

il-membru tal-persunal iwettaq l-attività professjonali fl-unità tan-negozju materjali u l-attività tkun tat-tip li għandha impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju rilevanti tal-unità tan-negozju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit