+Artikolu 7 Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
|
Artikolu 7 Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. F’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10, għal kull bastiment tagħhom, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw dwar id-data rilevanti matul perjodu ta’ rappurtar. Huma għandhom iwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar fil-portijiet kollha fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għal kwalunkwe vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 2(1).
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu kompleti u għandhom ikopru l-enerġija użata abbord mill-bastimenti fil-ħinijiet kollha, kemm meta jkunu qed ibaħħru kif ukoll meta jkunu rmiġġati. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa biex jevitaw kull lakuna fid-data fil-perjodu ta’ rappurtar.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu konsistenti u kumparabbli tul iż-żmien. Għal dak il-għan, il-kumpaniji għandhom jużaw l-istess metodoloġiji ta’ monitoraġġ u l-istess settijiet ta’ data, soġġett għal modifiki vvalutati mill-verifikatur. Il-kumpaniji għandhom jippermettu aċċertament raġonevoli tal-integrità tad-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata.
|
|
Artikolu 7 4
|
4. Il-kumpaniji għandhom jiksbu, janalizzaw u jaħżnu, għal mill-inqas ħames snin, id-data u d-dokumentazzjoni kollha tal-monitoraġġ, inkluż is-suppożizzjonijiet, ir-referenzi, il-fatturi ta’ emissjoni, in-noti ta’ kunsinna tal-bunker kif ikkomplementati f’konformità mal-Anness I u d-data dwar l-attivitajiet, u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod trasparenti u preċiż, fuq karta jew f’forma elettronika, sabiex il-verifikatur ikun jista’ jiddetermina l-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord mill-bastimenti.
|
|
Artikolu 7 5
|
5. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u rappurtar stipulati fl-Artikoli 8, 9, 10 u 15 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jintużaw fejn xieraq l-informazzjoni u d-data miġbura għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/757.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|