|
+Artikolu 1 Għan |
Artikolu 1 GħanArtikolu 1 Għan Dan ir-Regolament jistabbilixxi ir-regoli ġenerali u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni mill-Komunità ta' l-Iskema ta' Dokumentazzjoni ta' Qbid ta' Dissostichus spp. adottat mill-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR). L-Artikolu 2 Ambitu 1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għal kull Dissostichus spp. li jaqaw taħt il-kodiċi TARIC 0302698800, 0303798810, 0303798890, 0304208810 u 0304208800: (a) miġjubin fuq l-art jew trasbordati mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità; jew (b) impurtati ġo, jew esportati jew riesportati mill-Komunità. 2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal qabdiet inferjuri ta’ Dissostichus spp. meħudin mid-dgħajjes tat-tkarkir li jkunu qed jistadu fl-ibħra fejn l-ebda pajjiż ma jista’ jimponi l-liġijiet tiegħu, barra miż-żona tas-CCAMLR. Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, il-qabda inferjuri tad-Dissostichus spp. tfisser il-kwantità tad-Dissostichus spp. li tirrapreżenta mhux aktar minn 5 % tal-qabda totali ta’ l-ispeċi kollha u mhux aktar minn 50 tunnellata metrika għall-vjaġġ tas-sajd kollu bil-bastiment. 3. It-tieni subparagrafu jista’ jiġi emendat biex japplika l-miżuri tal-konservazzjoni tas-CCAMLR li jsiru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|