+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1)
|
Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.
|
|
(2)
|
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ bix jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.
|
|
(3)
|
Id-Direttivi 79/409/KEE (2), 92/43/KEE (3), 97/68/KE (4), 2001/80/KE (5) u 2001/81/KE (6) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,
|
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|