+Artikolu 2 1.

Artikolu 2 1.

Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, irrapportati skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u li jseħħu fit-territorji tal-Istati Membri fil-perjodu mill-2021 sal-2025 fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art li ġejjin:

(a) 

użu tal-art irrapportat bħala raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, ikkonvertiti f'art forestali (“art afforestata”);

(b) 

użu tal-art irrapportat bħala art forestali kkonvertita f'raba', bur, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra (“art deforestata”);

(c) 

użu tal-art irrapportat bħala kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin (“raba' ġestit”):

(i) 

raba' li jibqa' raba';

(ii) 

bur, art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'raba';

(iii) 

raba' konvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(d) 

użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“bur ġestit”):

(i) 

bur li jibqa' bur;

(ii) 

raba', art mistagħdra, insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'bur;

(iii) 

bur ikkonvertit f'art mistagħdra, insedjament jew art oħra;

(e) 

użu tal-art irrapportat bħala art forestali li tibqa' art forestali (“art forestali ġestita”);

(f) 

meta Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tiegħu skont l-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2020, użu tal-art irrapportat bħala wieħed minn dawn li ġejjin (“art mistagħdra ġestita”):

— 
art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra;
— 
insedjament jew art oħra, ikkonvertiti f'art mistagħdra;
— 
art mistagħdra kkonvertita f'insedjament jew art oħra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit