+Artikolu 17 2.

Artikolu 17 2.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-ewwel bilanċ globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-aktar data reċenti disponibbli kif ipprovduta mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u fuq l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). Bil-ħsieb taż-żieda meħtieġa fit-tnaqqis u l-assorbimenti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni u l-kisba ta' tranżizzjoni soċjalment ġusta, u fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u ta' miżuri addizzjonali tal-Unjoni, ir-rapport għandu jinkludi, meta jkun rilevanti, dan li ġej:

(a) 

valutazzjoni tal-impatti tal-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikolu 11;

(b) 

valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-objettiv tan-newtralità klimatika u l-miri klimatiċi intermedji stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(c) 

valutazzjoni tal-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

(d) 

valutazzjoni tal-impatti soċjali u fuq ix-xogħol, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali, li l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ikollhom fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji tal-art u kwalunkwe wieħed mis-setturi koperti bl-Artikolu 2;

(e) 

valutazzjoni tal-progress li jkun sar fil-livell internazzjonali dwar ir-regoli li jrieġu l-Artikolu 6(2) u 6(4) tal-Ftehim ta' Pariġi u, meta jkun rilevanti, proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jiġi evitat l-għadd doppju u jiġu applikati aġġustamenti korrispondenti;

(f) 

valutazzjoni tax-xejriet attwali u tal-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mir-raba', mill-bwar u mill-artijiet mistagħdra u l-għażliet regolatorji biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u l-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119;

(g) 

ix-xejriet attwali u l-projezzjonijiet futuri rigward l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-kategoriji ta' rapportar u l-għażliet regolatorji li ġejjin biex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dawk ix-xejriet u l-projezzjonijiet mal-objettiv li jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha tal-ekonomija f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u mal-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119:

(i) 

il-fermentazzjoni enterika;

(ii) 

il-ġestjoni tad-demel;

(iii) 

il-kultivazzjoni tar-ross;

(iv) 

il-ħamrija agrikola;

(v) 

il-ħruq awtorizzat ta' meddiet kbar ta' savana;

(vi) 

il-ħruq fl-għelieqi ta' fdalijiet agrikoli;

(vii) 

it-trattament bil-ġir;

(viii) 

l-applikazzjoni tal-urea;

(ix) 

fertilizzanti oħrajn li jkun fihom il-karbonju;

(x) 

oħrajn.

Dak ir-rapport għandu jqis, meta jkun rilevanti, l-effetti tal-istruttura tal-età tal-foresti, inkluż meta dawk l-effetti jkunu marbuta ma' ċirkostanzi speċifiċi ta' żmien il-gwerra jew ta' wara l-gwerra, b'mod xjentifikament robust, affidabbli u trasparenti, u bil-ħsieb li jiġu żgurati r-reżiljenza fit-tul u l-kapaċità ta' adattament tal-foresti.

Dak ir-rapport jista' wkoll, wara l-adozzjoni ta' metodoloġija xierqa ta' rapportar ibbażata fuq ix-xjenza u abbażi tal-progress fir-rapportar u l-aħħar informazzjoni xjentifika disponibbli, jivvaluta l-fattibbiltà tal-analiżi u l-impatt tar-rapportar tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn setturi addizzjonali, bħall-ambjenti tal-baħar u tal-ilma ħelu, kif ukoll għażliet regolatorji rilevanti.

Wara r-rapport u filwaqt li titqies l-importanza li kull settur li jagħti kontribut ġust għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u għall-miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi. B'mod partikolari, dawk il-proposti jistgħu jistabbilixxu miri tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra, filwaqt li jqisu kif xieraq kwalunkwe defiċit akkumulat sal-2030 minn kull Stat Membru.

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) (“il-Bord Konsultattiv”) jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi pariri xjentifiċi jew joħroġ rapporti dwar il-miżuri tal-Unjoni, il-miri klimatiċi, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti u l-flessibbiltajiet skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pariri u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri futuri mmirati lejn aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u żidiet fl-assorbimenti fis-sottosetturi koperti minn dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit