Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, għajr l-attività “trasport marittimu” u attivitajiet elenkati biss fih għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dik id-Direttiva.