+Artikolu 15 Rieżami
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.

Artikolu 15 Rieżami

Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami filwaqt li jqis fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi u tar-Regolament (UE) 2021/1119.
Artikolu 15 2.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, dwar l-operat ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, kif ukoll dwar l-adegwatezza tal-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jinsabu fl-Anness I għal dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 u għall-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi. Dak ir-rapport għandu jinkludi b’mod partikolari valutazzjoni tal-ħtieġa għal politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f’qafas ta’ wara l-2030. Għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta’ perkors ta’ tnaqqis għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament li jkun kompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, filwaqt li jitqies il-baġit indikattiv projettat tal-Unjoni għall-gassijiet serra msemmi fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 kif ukoll l-importanza li jiġu promossi kemm il-ġustizzja kif ukoll is-solidarjetà fost l-Istati Membri u l-kosteffettività fil-kisba ta’ dak l-objettiv. Dak ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Ir-rapport msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu iqis l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri mħejjija u ppreżentati skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u l-valutazzjoni tagħhom magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15(9) ta’ dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit