|
+Artikolu 6 4. |
Artikolu 6 4.L-informazzjoni dwar telf materjali fir-rigward tar-riskju operazzjonali tiġi rrapportata kif ġej:
(a)
l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 4, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(b)
istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(c)
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2, l-informazzjoni li ġejja:
(i)
l-informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.01, il-kolonna 0080 għar-ringieli li ġejjin:
—
għadd ta’ eventi (eventi ġodda) (ringiela 0910);
—
ammont ta’ telf gross (eventi ġodda) (ringiela 0920);
—
għadd ta’ eventi soġġetti għal aġġustamenti ta’ telf (ringiela 0930);
—
aġġustamenti ta’ telf relatati ma’ perjodi ta’ rapportar preċedenti (ringiela 0940)
—
telf uniku massimu (ringiela 0950);
—
total tal-ikbar ħames telfiet (ringiela 0960):
—
irkupru dirett ta’ telf totali (ħlief assigurazzjoni u mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskju) (ringiela 0970)
—
total tal-irkupri mill-assigurazzjoni u minn mekkaniżmi oħrajn ta’ trasferiment tar-riskji (ringiela 0980);
(ii)
informazzjoni kif speċifikata fl-Anness I, il-formola 17.02.
(d)
l-istituzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) jistgħu jirrapportaw is-sett sħiħ ta’ informazzjoni speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(e)
istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2;
(f)
istituzzjonijiet għajr istituzzjonijiet kbar li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju operazzjonali skont il-Parti Tlieta, it-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 17.01 u 17.02, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.2. Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|