+Artikolu 20 2.

Artikolu 20 2.

Sabiex jirrapportaw informazzjoni supplimentari għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-G-SIIs u tal-assenjar tar-rati tal-buffer tal-G-SIIs skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness XXVI ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istruzzjonijiet ippreżentati fl-Anness XXVII ta’ dan ir-Regolament, fuq bażi individwali bi frekwenza trimestrali, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kejl tal-iskopertura totali tal-istituzzjoni ikun ugwali għal EUR 125 000 000 000 jew aktar;

(b) 

l-istituzzjoni tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(c) 

l-istituzzjoni ma tkunx parti minn grupp li jkun soġġett għal superviżjoni konsolidata f’konformità mal-Kapitolu 1, it-Titolu II, il-Parti Wieħed tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (“istituzzjoni awtonoma”).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_DA -

    EULAW_DA