+Artikolu 12 Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet li japplikaw oqfsa kontabilistiċi nazzjonali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.

Artikolu 12 Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet li japplikaw oqfsa kontabilistiċi nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Meta awtorità kompetenti tkun estendiet ir-rekwiżiti ta’ rapportar dwar informazzjoni finanzjarja għal istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru skont l-Artikolu 430(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:

(a) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 1, bi frekwenza trimestrali;

(b) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 3, bi frekwenza semiannwali;

(c) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 4, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-formola 47, bi frekwenza annwali;

(d) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 20, bi frekwenza trimestrali meta l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu;

(e) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 21, bi frekwenza trimestrali fejn assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi huma ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrapportat skont l-Anness IV, il-Parti 1, il-formola 1.1;

(f) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 22, bi frekwenza trimestrali fejn l-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet huwa ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tal-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u introjtu mill-imgħax nett kif irrapportat skont l-Anness IV, il-Parti 1, il-formola 2;

(g) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formoli 23 sa 26, bi frekwenza trimestrali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni mhijiex żgħira u mhijiex mhux kumplessa;

(ii) 

il-proporzjon tal-istituzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 11(2), il-punt (g)(ii) huwa ugwali għal jew aktar minn 5 %;

(h) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 4, il-formola 47, bi frekwenza annwali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu.

Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_EL -

    EULAW_EL