+Artikolu 17 Rapportar dwar finanzjament stabbli fuq bażi individwali u konsolidata

Artikolu 17 Rapportar dwar finanzjament stabbli fuq bażi individwali u konsolidata

Artikolu 17

Rapportar dwar finanzjament stabbli fuq bażi individwali u konsolidata

Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar finanzjament stabbli f’konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness XIII, bi frekwenza trimestrali kif ġej:

(a) 

istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi li għażlu li jikkalkulaw il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett (NSFR) tagħhom bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fil-Parti Sitta, it-Titolu IV, il-Kapitoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 428ai ta’ dak ir-Regolament, għandhom jissottomettu l-formoli 82 u 83 tal-Anness XII ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness XIII ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-istituzzjonijiet għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-formoli 80 u 81 tal-Anness XII, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness XIII;

(c) 

l-istituzzjonijiet kollha għandhom jissottomettu l-formola 84 tal-Anness XII, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness XIII.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_EL -

    EULAW_EL