Artikolu 1
Profil tar-riskju ġenerali u kumplessità
Meta jiġu żviluppati u implimentati l-politiki, il-proċeduri, il-protokolli u l-għodod tas-sigurtà tal-ICT imsemmija fit-Titolu II u l-qafas issimplifikat tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fit-Titolu III, għandhom jitqiesu d-daqs u l-profil tar-riskju ġenerali tal-entità finanzjarja, u n-natura, l-iskala u l-elementi ta’ kumplessità akbar jew imnaqqsa tas-servizzi, tal-attivitajiet u tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi l-elementi relatati ma’:
(a)
kriptaġġ u kriptografija;
(b)
sigurtà tal-operazzjonijiet tal-ICT;
(d)
ġestjoni tal-proġetti tal-ICT u tat-tibdil tagħhom;
(e)
l-impatt potenzjali tar-riskju tal-ICT fuq il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data, u tat-tfixkil fuq il-kontinwità u d-disponibbiltà tal-attivitajiet tal-entità finanzjarja.