+Artikolu 2 2.

Artikolu 2 2.

L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-politiki ta’ sigurtà tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

huma allinjati mal-objettivi tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-entità finanzjarja inklużi fl-istrateġija tar-reżiljenza operazzjonali diġitali msemmija fl-Artikolu 6(8) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(b) 

jindikaw id-data tal-approvazzjoni formali tal-politiki tas-sigurtà tal-ICT mill-korp maniġerjali;

(c) 

jinkludu indikaturi u miżuri biex:

(i) 

jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-politiki, tal-proċeduri, tal-protokolli u tal-għodod tas-sigurtà tal-ICT;

(ii) 

jirreġistraw eċċezzjonijiet minn dik l-implimentazzjoni

(iii) 

jiżguraw li tiġi żgurata r-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entità finanzjarja f’każ ta’ eċċezzjonijiet kif imsemmi fil-punt (ii);

(d) 

jispeċifikaw ir-responsabbiltajiet tal-persunal fil-livelli kollha biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ICT tal-entità finanzjarja;

(e) 

jispeċifikaw il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità mill-persunal tal-entità finanzjarja mal-politiki tas-sigurtà tal-ICT, fejn id-dispożizzjonijiet għal dak l-għan ma jkunux stabbiliti f’politiki oħrajn tal-entità finanzjarja;

(f) 

jelenkaw id-dokumentazzjoni li għandha tinżamm;

(g) 

jispeċifikaw is-segregazzjoni tal-arranġamenti tad-dmirijiet fil-kuntest tat-tliet linji tal-mudell ta’ difiża jew ta’ mudell intern ieħor ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju, kif applikabbli, biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess;

(h) 

jikkunsidraw prattiki ewlenin u, meta applikabbli, standards kif iddefiniti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(i) 

jidentifikaw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għall-iżvilupp, għall-implimentazzjoni u għaż-żamma tal-politiki, tal-proċeduri, tal-protokolli u tal-għodod tas-sigurtà tal-ICT;

(j) 

huma rrieżaminati f’konformità mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554;

(k) 

iqisu t-tibdiliet materjali li jikkonċernaw l-entità finanzjarja, inklużi t-tibdiliet materjali fl-attivitajiet jew fil-proċessi tal-entità finanzjarja, fix-xenarju tat-theddid ċibernetiku, jew fl-obbligi legali applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit