+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 2.

Il-proċeduri ta’ ġestjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

jidentifikaw u jaġġornaw riżorsi ta’ informazzjoni rilevanti u affidabbli biex jibnu u jsostnu s-sensibilizzazzjoni dwar il-vulnerabbiltajiet;

(b) 

jiżguraw it-twettiq ta’ skennjar u valutazzjonijiet awtomatizzati għall-vulnerabbiltajiet fuq l-assi tal-ICT, li permezz tagħhom il-frekwenza u l-ambitu ta’ dawk l-attivitajiet għandhom ikunu proporzjonati għall-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554 u l-profil tar-riskju ġenerali tal-assi tal-ICT;

(c) 

jivverifikaw jekk:

(i) 

Il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jittrattawx il-vulnerabbiltajiet relatati mas-servizzi tal-ICT pprovduti lill-entità finanzjarja;

(ii) 

jekk dawk il-fornituri ta’ servizzi jirrapportawx lill-entità finanzjarja mill-inqas il-vulnerabbiltajiet kritiċi u l-istatistika u x-xejriet f’waqtu;

(d) 

jittraċċaw l-użu ta’:

(i) 

libreriji ta’ partijiet terzi, inklużi libreriji b’sors miftuħ, użati minn servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;

(ii) 

servizzi tal-ICT żviluppati mill-entità finanzjarja nnifisha jew speċifikament personalizzati jew żviluppati għall-entità finanzjarja minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(e) 

jistabbilixxu proċeduri għad-divulgazzjoni responsabbli tal-vulnerabbiltajiet lill-klijenti, lill-kontropartijiet u lill-pubbliku;

(f) 

jagħtu prijorità lill-varar tal-patches u ta’ miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet identifikati;

(g) 

jimmonitorjaw u jivverifikaw ir-rimedju tal-vulnerabbiltajiet;

(h) 

jirrikjedu r-reġistrazzjoni ta’ kwalunkwe vulnerabbiltà individwata li taffettwa s-sistemi tal-ICT u l-monitoraġġ tar-riżoluzzjoni tagħhom.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu mill-inqas darba fil-ġimgħa skennjar u valutazzjonijiet awtomatizzati għall-vulnerabbiltajiet fuq l-assi tal-ICT għall-assi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-entitajiet finanzjarji għandhom jitolbu li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jinvestigaw il-vulnerabbiltajiet rilevanti, jiddeterminaw il-kawżi ewlenin u jimplimentaw azzjoni ta’ mitigazzjoni xierqa.

Għall-finijiet tal-punt (d), l-entitajiet finanzjarji għandhom, meta jkun xieraq f’kollaborazzjoni mal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jimmonitorjaw il-verżjoni u l-aġġornamenti possibbli tal-libreriji ta’ partijiet terzi. Fil-każ ta’ assi tal-ICT lesti għall-użu (kummerċjalment disponibbli) jew komponenti tal-assi tal-ICT miksuba u użati fl-operat ta’ servizzi tal-ICT li ma jappoġġawx funzjonijiet kritiċi jew importanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom jintraċċaw l-użu sa fejn ikun possibbli ta’ libreriji ta’ partijiet terzi, inklużi libreriji b’sors miftuħ.

Għall-finijiet tal-punt (f), l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu l-kritikalità tal-vulnerabbiltà, il-klassifikazzjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2022/2554, u l-profil tar-riskju tal-assi tal-ICT affettwati mill-vulnerabbiltajiet identifikati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit