|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Wara li jkunu għamlu tibdiliet sinifikanti fis-sistemi tal-ICT tagħhom, il-kontropartijiet ċentrali u d-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jissottomettu s-sistemi tal-ICT tagħhom għal ittestjar strett billi jissimulaw kundizzjonijiet ta’ stress. Il-kontropartijiet ċentrali għandhom jinvolvu, kif xieraq, fid-disinn u fit-twettiq tal-ittestjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu:
(a)
il-membri tal-ikklerjar u klijenti;
(b)
il-kontropartijiet ċentrali interoperabbli;
(c)
partijiet interessati oħrajn; Id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom, kif xieraq, jinvolvu fid-disinn u fit-twettiq tal-ittestjar imsemmi fl-ewwel subparagrafu:
(a)
l-utenti;
(b)
il-fornituri ta’ utilitajiet kritiċi u servizzi kritiċi;
(c)
depożitorji ċentrali tat-titoli oħrajn;
(d)
infrastrutturi tas-suq oħrajn;
(e)
kwalunkwe istituzzjoni oħra li magħha d-depożitorji ċentrali tat-titoli identifikaw interdipendenzi fil-politika tagħhom dwar il-kontinwità tal-operat tal-ICT. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|