+Artikolu 4 Fażijiet ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja għall-adozzjoni u l-użu tal-arranġamenti kuntrattwali
---+Artikolu 4 (a)
---+Artikolu 4 (b)
---+Artikolu 4 (c)
---+Artikolu 4 (d)
---+Artikolu 4 (e)
---+Artikolu 4 (f)
|
Artikolu 4 Fażijiet ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja għall-adozzjoni u l-użu tal-arranġamenti kuntrattwali
Il-politika għandha tispeċifika r-rekwiżiti, inklużi r-regoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċessi, għal kull fażi ewlenija taċ-ċiklu tal-ħajja tal-arranġament kuntrattwali, li jkopru mill-inqas dan li ġej:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 (a)
|
ir-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali, inkluż l-involviment tiegħu, kif xieraq, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tas-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
Artikolu 4 (b)
|
l-ippjanar tal-arranġamenti kuntrattwali, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta kif stabbilita fl-Artikoli 5 u 6 u l-proċess ta’ approvazzjoni rigward bidliet ġodda jew materjali fl-arranġamenti kuntrattwali kif stabbilit fl-Artikolu 8(4);
|
|
Artikolu 4 (c)
|
l-involviment ta’ unitajiet tan-negozju, kontrolli interni u unitajiet rilevanti oħra fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali;
|
|
Artikolu 4 (d)
|
l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-arranġamenti kuntrattwali kif imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 9, inkluż fil-livell konsolidat u subkonsolidat, fejn applikabbli;
|
|
Artikolu 4 (e)
|
id-dokumentazzjoni u ż-żamma tar-rekords, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti fir-rigward tar-reġistru tal-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554;
|
|
Artikolu 4 (f)
|
l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-proċessi ta’ terminazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 10.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|