+Artikolu 18 Rapportar dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità fuq bażi individwali u konsolidata

Artikolu 18 Rapportar dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità fuq bażi individwali u konsolidata

Artikolu 18

Rapportar dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità fuq bażi individwali u konsolidata

Meta jirrapportaw informazzjoni dwar metriċi addizzjonali għall-monitoraġġ tal-likwidità f’konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni kif ġej:

(a) 

istituzzjonijiet kbar skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (146), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu bi frekwenza ta’ kull xahar l-informazzjoni stabbilita fil-formola 66.1 tal-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XXIII ta’ dan ir-Regolament, il-formoli 67, 68, 69 u 70 tal-Anness XVIII ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament u l-formola 71 tal-Anness XX ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), il-punt (145), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha tissottometti bi frekwenza trimestrali l-informazzjoni stabbilita fil-formola 66.1 fl-Anness XXII ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XXIII ta’ dan ir-Regolament, il-formola 67 tal-Anness XVIII ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament u l-formola 71 tal-Anness XX ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XXI ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

l-istituzzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (a) u (b) għandhom jissottomettu bi frekwenza ta’ kull xahar l-informazzjoni stabbilita fil-formola 66.1 tal-Anness XXII f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XXIII, il-formoli 67, 68 u 69 tal-Anness XVIII f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIX u l-formola 71 tal-Anness XX f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XXI.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_ES -

    EULAW_ES