|
Ringiela
|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
minn 0010 sa
0380
|
1 FLUSSI TA’ ĦRUĠ
L-ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus għandu jiġi rapportat fis-subkategoriji li ġejjin:
|
|
0010
|
1.1 Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa (jekk mhux trattati bħala depożiti fil-livell ta’ konsumatur)
Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli ta’ dejn maħruġin mill-istituzzjoni rapportanti
jiġifieri ħruġ proprju.
|
|
0011
|
1.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont tal-flussi ta’ ħruġ fl-entrata 1.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0020
|
1.1.1 bonds mhux garantiti dovuti
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa rapportati fil-linja 1.1, li huwa dejn skopert maħruġ mill-istituzzjoni relatriċi lil partijiet terzi.
|
|
0030
|
1.1.2 bonds koperti regolati
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa, rapportati fil-linja 1.1, li huwa bonds eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.
|
|
0040
|
1.1.3 titolizzazzjonijiet dovuti
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa, rapportati fil-linja 1.1, li huwa tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma’ partijiet terzi, f’konformità mal-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0050
|
1.1.4 oħrajn
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa rapportati fil-linja 1.1, għajr dawk rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn fuq.
|
|
0065
|
1.2 Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, kollateralizzati minn (Kontroparti mhijiex Bank Ċentrali):
Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali li fihom il-kontroparti ma tkunx Bank Ċentrali, kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Nota: Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.
|
|
0066
|
1.2.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont tal-flussi ta’ ħruġ fl-entrata 1.2 meta l-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0075
|
1.2.1 assi negozjabbli tal-Livell 1
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0085
|
1.2.1.1 Livell 1 għajr bonds koperti
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti.
|
|
0095
|
1.2.1.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali jew garantiti minnhom.
|
|
0105
|
1.2.1.1.2 Livell 1 (CQS 1)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0115
|
1.2.1.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0125
|
1.2.1.1.4 Livell 1 (CQS 4+)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 tal-kwalità kreditizja jew agħar minn ECAI nominata.
|
|
0135
|
1.2.1.2 bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.
|
|
0145
|
1.2.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiggarantixxu t-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0155
|
1.2.2.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0165
|
1.2.2.2 bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0175
|
1.2.2.3 settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku, jew garantiti minnhom. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A jridu jkunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.
|
|
0185
|
1.2.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0195
|
1.2.3.1 titoli garantiti b’assi-ABS tal-Livell 2B (CQS 1)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3 li huwa kollateralizzat minn titoli garantiti b’assi, inkluż RMBS. Innota li, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, it-titoli kollha garantiti b’assi li jikkwalifikaw bħala Livell 2B għandu jkollhom skala 1 tal-kwalità kreditizja.
|
|
0205
|
1.2.3.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti.
|
|
0215
|
1.2.3.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn titoli ta’ dejn korporattiv.
|
|
0225
|
1.2.3.4 ishma tal-Livell 2B
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3 li huwa kollateralizzat minn ishma.
|
|
0235
|
1.2.3.5 settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn assi tal-Livell 2B li mhumiex rapportati fl-entrati minn 1.2.3.1 sa 1.2.3.4.
|
|
0245
|
1.2.4 assi negozjabbli oħra
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2, li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2.1, 1.2.2 jew 1.2.3.
|
|
0251
|
1.2.5 assi oħrajn
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2, li huwa kollateralizzat minn assi mhux rapportati fl-entrati 1.2.1, 1.2.2. 1.2.3 jew 1.2.4.
|
|
0252
|
1.2a Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, kollateralizzati minn (Kontroparti mhijiex Bank Ċentrali):
Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali fejn il-kontroparti ma tkunx Bank Ċentrali, kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Nota: Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.
|
|
0253
|
1.2a.1 assi negozjabbli tal-Livell 1
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0254
|
1.2a.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0255
|
1.2a.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0256
|
1.2a.4 assi negozjabbli oħrajn
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2a, li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2a.1, 1.2a.2 jew 1.2a.3.
|
|
0257
|
1.2a.5 assi oħrajn
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X, li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2a.1, 1.2a.2. 1.2a.3 jew 1.2a.4.
|
|
0260
|
1.3 Obbligazzjonijiet mhux rapportati fl-entrata 1.2, li jirriżultaw minn depożiti riċevuti (esklużi depożiti riċevuti bħala kollateral)
Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw mid-depożiti kollha riċevuti bl-eċċezzjoni ta’ flussi ta’ ħruġ rapportati fl-entrata 1.2 u depożiti riċevuti bħala kollateral. Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi għandhom jiġu rapportati fl-entrati 1.4 jew 1.5.
Id-depożiti għandhom jiġu rapportati f’konformità mal-eqreb data ta’ maturità kuntrattwali possibbli tagħhom. Depożiti li jistgħu jiġu prelevati minnufih mingħajr avviż (“depożiti ta’ bla avviż”) jew depożiti mingħajr maturità għandhom jiġu rapportati fil-medda “mil-lum għal għada”.
|
|
0261
|
1.3.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ fil-linja 1.3 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0270
|
1.3.1 depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti fil-livell tal-konsumaturi, f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
0280
|
1.3.2 depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti fil-livell tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.1.
|
|
0290
|
1.3.3 depożiti operazzjonali
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
0300
|
1.3.4 depożiti mhux operazzjonali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.3.
|
|
0310
|
1.3.5 depożiti mhux operazzjonali minn klijenti finanzjarji oħrajn
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti minn klijenti finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 411(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.3 u 1.3.4.
|
|
0320
|
1.3.6 depożiti mhux operazzjonali minn banek ċentrali
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux operazzjonali mqiegħda minn banek ċentrali.
|
|
0330
|
1.3.7 depożiti mhux operazzjonali minn impriżi mhux finanzjarji
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux operazzjonali minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.
|
|
0340
|
1.3.8 depożiti mhux operazzjonali minn kontropartijiet oħra
L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux rapportati fl-entrati 1.3.1 sa 1.3.7.
|
|
0350
|
1.4 Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw
Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżulta mill-maturità ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju bħall-kambju ta’ ammonti ta’ kapital fi tmiem il-kuntratt.
|
|
0360
|
1.5 Ammont pagabbli fuq derivattivi għajr dawk rapportati fl-entrata 1.4
Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżulta minn pożizzjonijiet pagabbli tad-derivattivi mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-eċċezzjoni ta’ flussi ta’ ħruġ li jirriżultaw minn swaps tal-valuti skont ir-rati tal-kambju li jimmaturaw li għandhom jiġu rapportati fl-entrata 1.4.
L-ammont totali għandu jirrifletti l-ammonti tas-saldu inkluż l-appelli għall-marġni mhux saldati mid-data ta’ rapportar.
L-ammont totali għandu jkun it-total ta’ (1) u (2) kif ġej, fil-meded ta’ żmien differenti kollha:
1. il-flussi ta’ flus u ta’ titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom hemm fis-seħħ ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ il-kollateralizzazzjoni sħiħa jew adegwata ta’ skoperturi ta’ kontropartijiet, għandhom jiġu esklużi mill-formoli ta’ skala tal-maturità; il-flussi ta’ flus, titoli, kollateral fi flus u kollateral f’titoli kollha relatati ma’ dawn id-derivattivi għandhom jiġu esklużi mill-formoli. L-esklużjoni ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:
(a) Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi kollateralizzati fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).
(b) Flussi ta’ flus u ta’ titoli fil-kuntest ta’ appelli għall-marġni (“flussi ta’ flus jew ta’ titoli”) li huma pagabbli fi żmien debitu iżda li għadhom ma ġewx saldati. Dawn għandhom jiġu riflessi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ kollateral fi flus u fit-Taqsima 3 “kapaċità ta’ kontrobilanċ” fil-każ ta’ kollateral f’titoli
(c) Derivattivi b’saldu fiżiku (eż. kuntratt forward tad-deheb saldat fiżikament) fejn dawn id-derivattivi jkunu kollateralizzati b’mod sħiħ jew adegwat. Għal dawn id-derivattivi, apparti l-punti (a) u (b) hawn fuq, għandu jiġi rapportat ukoll il-fluss tas-saldu fis-saldu finali (normalment madwar il-maturità). Il-fluss ta’ flus mistenni għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa fil-linja 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus, u l-linja 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ influss ta’ flus. Jekk l-assi saldat fiżikament jikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ fit-Taqsima 3, dan il-fluss għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa u fir-ringiela xierqa f’din it-Taqsima. Għandu jkun ammont negattiv fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ u pożittiv fil-każ ta’ influss;
2. Għal influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus u titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom ma hemm fis-seħħ l-ebda ftehim ta’ kollateral jew fejn hija meħtieġa kollateralizzazzjoni parzjali biss, għandha ssir distinzjoni bejn kuntratti li jinvolvu opzjonalità u kuntratti oħrajn:
(a) flussi relatati ma’ derivattivi li huma simili għall-opzjonijiet għandhom jiġu inklużi biss meta l-prezz tal-eżerċitar ikun inqas mill-prezz tas-suq għal opzjoni call, jew ogħla mill-prezz tas-suq għal opzjoni put (“favorevoli”). Dawn il-flussi għandhom jiġu indikati billi jiġu applikati dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(i) il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt bħala jiġi inkluż bħala influss fil-linja 2.4 tal-iskala tal-maturità “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aħħar data tal-eżerċitar tal-opzjoni fejn il-bank ikollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni;
(ii) il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt jiġi inkluż bħala fluss ta’ ħruġ fil-linja 1.5 tal-iskala tal-maturità “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aktar data tal-eżerċitar tal-opzjoni bikrija fejn il-kontroparti tal-bank ikollha d-dritt li teżerċita l-opzjoni;
(b) flussi relatati ma’ kuntratti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jiġu inklużi billi jiġu projettati l-flussi kuntrattwali gross tal-flus fil-meded ta’ żmien rispettivi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” u l-flussi kuntrattwali ta’ titoli likwidi tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-iskala tal-maturità, billi jintużaw ir-rati forward kurrenti implikati mis-suq applikabbli fid-data ta’ rapportar fejn l-ammonti jkunu għadhom ma ġewx iffissati.
F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq:
Rigward derivattivi skont il-punt 1, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.
Rigward derivattivi skont il-punt 2, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu. Jekk ir-redditu tal-kollateral diġà riċevut (imħallas) jirrappreżenta kollateral fi flus, ir-redditu tal-kollateral għandu jiġi rapportat fir-ringiela 1.6 flussi ta’ ħruġ oħrajn (ir-ringiela 2.6 influssi oħrajn) fil-medda ta’ żmien xierqa
Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, sitwazzjoni li fiha kollateral skambjat ma’ kontroparti ma jkunx kompletament ugwali għall-bidliet fil-valur fid-derivattiv, xorta għandha tiġi trattata bħala kollateralizzata b’mod adegwat jekk id-diskrepanza ma taqbiżx l-ammont ta’ trasferiment minimu.
|
|
0370
|
1.6 Flussi ta’ ħruġ oħrajn
Ammont totali tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha oħrajn, mhux rapportati fl-entrati 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 jew 1.5. Il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti ma għandhomx jiġu rapportati hawnhekk.
|
|
0380
|
1.7 Flussi ta’ ħruġ oħrajn
Is-somma tal-flussi ta’ ħruġ rapportati fl-entrati 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 1.5 u 1.6.
|
|
minn 0390 sa 0700
|
2 INFLUSSI
|
|
0390
|
2.1 Flejjes dovuti minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kollateralizzati minn:
Ammont totali ta’ influssi ta’ flus minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.
|
|
0391
|
2.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0400
|
2.1.1 assi negozjabbli tal-Livell 1
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0410
|
2.1.1.1 Livell 1 għajr bonds koperti
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti.
|
|
0420
|
2.1.1.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom.
|
|
0430
|
2.1.1.1.2 Livell 1 (CQS 1)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0440
|
2.1.1.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0450
|
2.1.1.1.4 Livell 1 (CQS 4+)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 jew agħar tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0460
|
2.1.1.2 Bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.
|
|
0470
|
2.1.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0480
|
2.1.2.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0490
|
2.1.2.2 Bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0500
|
2.1.2.3 settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku, jew garantiti minnhom. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A għandhom ikunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.
|
|
0510
|
2.1.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0520
|
2.1.3.1 ABS tal-Livell 2B (CQS 1)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn titoli garantiti b’assi, inkluż RMBS.
|
|
0530
|
2.1.3.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti.
|
|
0540
|
2.1.3.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn titoli ta’ dejn korporattiv.
|
|
0550
|
2.1.3.4 ishma tal-Livell 2B
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn ishma.
|
|
0560
|
2.1.3.5 settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn assi tal-Livell 2B li mhumiex rapportati fl-entrati 2.1.3.1 sa 2.1.3.4.
|
|
0570
|
2.1.4 assi negozjabbli oħra
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1, li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 2.1.1, 2.1.2 jew 2.1.3.
|
|
0580
|
2.1.5 assi oħrajn
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1, li huwa kollateralizzat minn assi mhux rapportati fl-entrati 2.1.1, 2.1.2, 2.1.3 jew 2.1.4.
|
|
0590
|
2.2 Flejjes dovuti mhux rapportati fl-entrata 2.1 li jirriżultaw minn self u avvanzi mogħtija lil:
Influssi ta’ flus minn self u avvanzi.
Influssi ta’ flus għandhom jiġu rapportati fl-aħħar data kuntrattwali għar-ripagament. Għal faċilitajiet ċirkolanti, is-self eżistenti għandu jkunu preżunt li jiġi riportat u kwalunkwe bilanċ pendenti għandu jiġi trattat bħala faċilitajiet impenjati.
|
|
0600
|
2.2.1 klijenti fil-livell tal-konsumatur
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn persuni fiżiċi jew SMEs, f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0610
|
2.2.2 impriżi mhux finanzjarji
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn impriżi mhux finanzjarji.
|
|
0620
|
2.2.3 istituzzjonijiet ta’ kreditu
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn istituzzjonijiet ta’ kreditu.
|
|
0621
|
2.2.3.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.2.3 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0630
|
2.2.4 impriżi finanzjarji oħrajn
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn klijenti finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 411(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.2.3.
|
|
0640
|
2.2.5 banek ċentrali
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn banek ċentrali. Din l-entrata ma għandhiex tinkludi riżervi ta’ flus prelevabbli kif rapportat fl-entrata 3.2.
|
|
0650
|
2.2.6 kontropartijiet oħra
L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn kontropartijiet oħrajn mhux imsemmijin fit-Taqsimiet 2.2.1-2.2.5.
|
|
0660
|
2.3 Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw
L-ammont totali ta’ influssi ta’ flus kuntrattwali li jirriżulta mill-maturità ta’ tranżazzjonijiet ta’ Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju ta’ ammonti ta’ kapital fi tmiem il-kuntratt.
Dan jirrifletti l-valur nozzjonali li jimmatura ta’ swaps bejn il-muniti, tranżazzjonijiet spot tal-valuti skont ir-rata tal-kambju u forward fit-meded ta’ żmien applikabbli tal-formola.
|
|
0670
|
2.4. Ammont riċevibbli fuq derivattivi għajr dawk rapportati f’2.3
Ammont totali ta’ influssi ta’ flus kuntrattwali li jirriżulta minn pożizzjonijiet ta’ riċevibbli ta’ derivattivi mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-eċċezzjoni ta’ influssi li jirriżultaw minn swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw li għandhom jiġu rapportati fl-entrata 2.3.
L-ammont totali għandu jinkludi l-ammonti tas-saldu inklużi l-appelli għall-marġni mhux saldati fid-data ta’ rapportar.
L-ammont totali għandu jkun it-total ta’ (1) u (2) kif ġej, fil-meded ta’ żmien differenti kollha:
1. il-flussi ta’ flus u ta’ titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom hemm fis-seħħ ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ il-kollateralizzazzjoni sħiħa jew adegwata ta’ skoperturi ta’ kontropartijiet li għandhom jiġu esklużi mill-formola tal-iskala tal-maturità, u l-flussi kollha tal-flus, it-titoli, il-kollateral fi flus u l-kollateral f’titoli kollha relatati ma’ dawn id-derivattivi għandhom jiġu esklużi mill-formola. L-esklużjoni ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:
(a) Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi kollateralizzati fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).
(b) Flussi ta’ flus u ta’ titoli fil-kuntest ta’ appelli għall-marġni (“flussi ta’ flus jew ta’ titoli”) li huma pagabbli fi żmien debitu iżda li għadhom ma ġewx saldati. Dawn għandhom jiġu riflessi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ kollateral fi flus u fit-Taqsima 3 “kapaċità ta’ kontrobilanċ” fil-każ ta’ kollateral f’titoli
(c) Derivattivi b’saldu fiżiku (eż. kuntratt forward tad-deheb saldat fiżikament) fejn dawn id-derivattivi jkunu kollateralizzati b’mod sħiħ jew adegwat. Għal dawn id-derivattivi, apparti l-punti (a) u (b) hawn fuq, għandu jiġi rapportat ukoll il-fluss tas-saldu fis-saldu finali (normalment madwar il-maturità). Il-fluss ta’ flus mistenni għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa fil-linja 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus, u l-linja 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ influss ta’ flus. Jekk l-assi saldat fiżikament jikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ fit-Taqsima 3, dan il-fluss għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa u fir-ringiela xierqa f’din it-Taqsima. Għandu jkun ammont negattiv fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ u pożittiv fil-każ ta’ influss;
2. għal influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus u titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom ma hemm fis-seħħ l-ebda ftehim ta’ kollateral jew fejn hija meħtieġa kollateralizzazzjoni parzjali biss, għandha ssir distinzjoni bejn kuntratti li jinvolvu opzjonalità u kuntratti oħrajn:
(a) flussi relatati ma’ derivattivi li huma simili għall-opzjonijiet għandhom jiġu inklużi biss jekk ikunu favorevoli. Dawn il-flussi għandhom jiġu indikati billi jiġu applikati dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:
(i) il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt bħala jiġi inkluż bħala influss fil-linja 2.4 tal-iskala tal-maturità “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aħħar data tal-eżerċitar tal-opzjoni fejn il-bank ikollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni;
(ii) il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt jiġi inkluż bħala fluss ta’ ħruġ fil-linja 1.5 tal-iskala tal-maturità “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aktar data tal-eżerċitar tal-opzjoni bikrija fejn il-kontroparti tal-bank ikollha d-dritt li teżerċita l-opzjoni;
(b) flussi relatati ma’ kuntratti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jiġu inklużi billi jiġu projettati l-flussi kuntrattwali gross tal-flus fil-meded ta’ żmien rispettivi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” u l-flussi kuntrattwali ta’ titoli tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-iskala tal-maturità, billi jintużaw ir-rati forward kurrenti implikati mis-suq applikabbli fid-data ta’ rapportar fejn l-ammonti jkunu għadhom ma ġewx iffissati.
F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq:
Rigward derivattivi skont il-punt 1, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.
Rigward derivattivi skont il-punt 2, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu. Jekk ir-redditu tal-kollateral diġà riċevut (imħallas) jirrappreżenta kollateral fi flus, ir-redditu tal-kollateral għandu jiġi rapportat fir-ringiela 1.6 flussi ta’ ħruġ oħrajn (ir-ringiela 2.6 influssi oħrajn) fil-medda ta’ żmien xierqa
Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, sitwazzjoni li fiha kollateral skambjat ma’ kontroparti ma jkunx kompletament ugwali għall-bidliet fil-valur fid-derivattiv, xorta għandha tiġi trattata bħala kollateralizzata b’mod adegwat jekk id-diskrepanza ma taqbiżx l-ammont ta’ trasferiment minimu.
|
|
0680
|
2.5 Karta li timmatura fil-portafoll proprju
L-ammont ta’ influssi minn investimenti proprji dovuti meħuda f’bonds, rapportati f’konformità mal-maturità kuntrattwali residwa tagħhom. Din l-entrata għandha tinkludi influssi ta’ flus minn titoli li jimmaturaw rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Għaldaqstant, ladarba titolu jimmatura, dan għandu jiġi rapportat bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titoli fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ u konsegwentement bħala influss ta’ flus hawnhekk.
|
|
0690
|
2.6 Influssi oħrajn
Ammont totali tal-influssi ta’ flus l-oħrajn kollha, mhux rapportati fl-entrati 2.1, 2.2, 2.3, 2.4 jew 2.5 ta’ hawn fuq. Influssi kontinġenti ma għandhomx ikunu rapportati hawnhekk.
|
|
0691
|
2.6.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.6 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
0700
|
2.7 Influssi totali
Somma tal-influssi rapportati fl-entrati 2.1, 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 2.6.
|
|
0710
|
2.8 Differenza kuntrattwali netta
Influssi totali rapportati fl-entrata 2.7 mingħajr il-flussi ta’ ħruġ totali rapportati fl-entrata 1.7.
|
|
0720
|
2.9 Differenza kuntrattwali netta kumulata
Differenza kuntrattwali netta kumulata mid-data ta’ rapportar għal-limitu superjuri ta’ medda ta’ żmien rilevanti.
|
|
0730-1080
|
3 KAPAĊITÀ TA’ KONTROBILANĊ
Il-“Kapaċità ta’ Kontrobilanċ” tal-iskala tal-maturità għandu jkollha informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ assi ta’ gradi differenti ta’ likwidità miżmuma minn istituzzjoni, fost liema assi negozjabbli u assi eliġibbli għall-bank ċentrali, kif ukoll faċilitajiet impenjati kuntrattwalment għall-istituzzjoni.
Għar-rapportar fil-livell konsolidat dwar l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali, ir-regoli tal-eliġibbiltà għal bank ċentrali li japplikaw għal kull istituzzjoni konsolidata fil-ġuriżdizzjoni tagħha ta’ inkorporazzjoni għandhom jiffurmaw il-bażi.
Meta l-kapaċità ta’ kontrobilanċ tirreferi għal assi negozjabbli, l-istituzzjonijiet
għandhom jirrapportaw assi negozjabbli nnegozjati f’riakkwist kbir, fond u attiv jew fi swieq tal-flus karatterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni.
Assi rapportati fil-kolonni tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jinkludu biss assi mhux gravati disponibbli għall-istituzzjoni biex tibdilhom fi flus fi kwalunkwe ħin biex jimtlew id-differenzi kuntrattwali bejn l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus matul il-perjodu ta’ żmien. Għal dawk il-finijiet, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ assi gravati f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/61. L-assi ma għandhomx jintużaw biex jipprovdu titjibiet tal-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati jew biex ikopru spejjeż operazzjonali bħal kirjiet u salarji, u għandhom jiġu ġestiti bl-unika intenzjoni ċara li jintużaw bħala sors ta’ fondi kontinġenti.
L-assi li l-istituzzjoni rċeviet bħala kollateral fi ftehim ta’ retroriakkwist u Tranżazzjonijiet ta’ Finanzjament tat-Titoli (SFT) jistgħu jitqiesu li huma parti mill-kapaċità ta’ kontrobilanċ jekk jinżammu fl-istituzzjoni, ma ġewx riipotekati, u huma ġuridikament u kuntrattwalment disponibbli biex jintużaw mill-istituzzjoni.
Sabiex jiġi evitat għadd doppju, meta l-istituzzjoni tirrapporta assi prepożizzjonati fl-entrati minn 3.1 sa 3.7, din ma għandhiex tirrapporta l-kapaċità relatata ta’ dawk il-faċilitajiet fl-entrata 3.8.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw assi, meta dawn jissodisfaw id-deskrizzjoni ta’ ringiela u jkunu disponibbli fid-data ta’ rapportar, bħala stokk inizjali fil-kolonna 0010.
Il-kolonni minn 0020 sa 0220 għandu jkun fihom flussi kuntrattwali fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Meta istituzzjoni tkun daħlet fi tranżazzjoni ta’ riakkwist, l-assi li kien is-suġġett tar-riakkwist għandu jerġa’ jiddaħħal bħala influss ta’ titolu fil-medda ta’ maturità fejn timmatura t-tranżazzjoni ta’ riakkwist. B’mod korrispondenti, il-fluss ta’ ħruġ ta’ flus li jsegwi mir-riakkwist li jimmatura għandu jiġi rapportat fil-medda ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus rilevanti fl-entrata 1.2. Meta istituzzjoni tkun daħlet fi tranżazzjoni ta’ retroriakkwist, l-assi li kien is-suġġett tar-riakkwist għandu jerġa’ jiddaħħal bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titolu fil-medda ta’ maturità fejn timmatura t-tranżazzjoni ta’ riakkwist. B’mod korrispondenti, l-influss ta’ flus li jsegwi mir-riakkwist li jimmatura għandu jiġi rapportat fil-medda ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus rilevanti fl-entrata 2.1. Swaps kollaterali għandhom jiġu rapportati bħala influssi u flussi ta’ ħruġ kuntrattwali ta’ titoli fit-taqsima tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ f’konformità mal-medda ta’ maturità rilevanti li fiha jimmaturaw dawn is-swaps.
Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).
Rigward derivattivi li huma kompletament jew adegwatament kollateralizzati, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.
Rigward derivattivi li huma parzjalment kollateralizzati, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu.
Bidla fl-ammont kuntrattwali disponibbli tal-linji ta’ kreditu u likwidità rapportati fl-entrata 3.8 għandha tiġi rapportata bħala fluss fil-medda ta’ żmien rilevanti. Meta istituzzjoni jkollha depożitu mil-lum għal għada f’bank ċentrali, l-ammont tad-depożitu għandu jiġi rapportat bħala stokk inizjali fl-entrata 3.2.
Titoli li jimmaturaw fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jiġu rapportati fuq il-bażi tal-maturità kuntrattwali tagħhom. Meta titolu jimmatura, dan għandu jitneħħa mill-kategorija tal-assi li inizjalment kien irrapportat fiha, għandu jiġi trattat bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titoli, u l-influss ta’ flus li jirriżulta għandu jiġi rapportat fl-entrata 2.5.
Il-valuri kollha tat-titoli għandhom jiġu rapportati fil-medda rilevanti fil-valuri tas-suq kurrenti.
Fl-entrata 3.8 għandhom jiġu rapportati biss l-ammonti kuntrattwalment disponibbli.
Biex jiġi evitat għadd doppju, influssi ta’ flus ma għandhomx jiġu kontabilizzati fl-entrata 3.1 jew 3.2 tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ.
Entrati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji li ġejjin:
|
|
0730
|
3.1 Muniti u karti tal-flus
Ammont totali ta’ flus li jirriżulta minn muniti u karti ta’ flus.
|
|
0740
|
3.2 Riżervi tal-bank ċentrali prelevabbli
Ammont totali ta’ riżervi f’banek ċentrali f’konformità mal-punt (b)(iii) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 prelevabbli mhux aktar tard minn mil-lum għal għada.
Titoli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom, ma għandhomx jiġu rapportati hawnhekk.
Dan l-ammont għandu jiġi rapportat biss fil-kolonna tal-istokk inizjali u ma għandux jiġi rapportat bħala Influss minn Banek Ċentrali fl-entrata 2.2.5.
|
|
0750
|
3.3 Assi negozjabbli tal-Livell 1
Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0760
|
3.3.1 Livell 1 esklużi bonds koperti
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3 li mhuwiex bonds koperti.
|
|
0770
|
3.3.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom.
|
|
0780
|
3.3.1.2 Livell 1 (CQS 1)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr l-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq minn emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0790
|
3.3.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0800
|
3.3.1.4 Livell 1 (CQS 4+)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 jew agħar tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0810
|
3.3.2 bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.3 li huwa bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.
|
|
0820
|
3.4 Assi negozjabbli tal-Livell 2 A
Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0830
|
3.4.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0840
|
3.4.3 bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS 1, CQS2)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0850
|
3.4.4 Settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A jridu jkunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.
|
|
0860
|
3.5 Assi negozjabbli tal-Livell 2B
Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.
|
|
0870
|
3.5.1 ABS tal-Livell 2B (CQS 1)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.5, li huwa titoli garantiti b’assi (inkluż RMBS). Innota li, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, it-titoli kollha garantiti b’assi li jikkwalifikaw bħala Livell 2B ikollhom l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja.
|
|
0880
|
3.5.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa bonds koperti.
|
|
0890
|
3.5.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa titoli ta’ dejn korporattiv.
|
|
0900
|
3.5.4 assi tal-Livell 2B
L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa ishma.
|
|
0910
|
3.5.5 Settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.5, li huwa assi tal-Livell 2B mhux rapportati fl-entrati minn 3.5.1 sa 3.5.4.
|
|
0920
|
3.6 assi negozjabbli oħra
Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli għajr dawk rapportati fl-entrati 3.3, 3.4 u 3.5.
Titoli u flussi ta’ titoli minn assi negozjabbli oħra fil-forma ta’ assi intragrupp ma għandhomx jiġu rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Madankollu, flussi ta’ flus minn dawn l-entrati għandhom jiġu rapportati fil-parti rilevanti tat-Taqsima 1 u 2 tal-formola.
|
|
0930
|
3.6.1 gvern ċentrali (CQS1)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjoni fuq gvern ċentrali, jew garantit minnu, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0940
|
3.6.2 gvern ċentrali (CQS2-3)
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjoni fuq gvern ċentrali, jew garantit minnu, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.
|
|
0950
|
3.6.3 ishma
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa ishma.
|
|
0960
|
3.6.4 bonds koperti
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa bonds koperti.
|
|
0970
|
3.6.5 ABS
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa ABS.
|
|
0980
|
3.6.6 assi negozjabbli oħra
L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi negozjabbli ieħor mhux rapportat fl-entrati minn 3.6.1 sa 3.6.5 u 3.7a.
|
|
0990
|
3.7 assi mhux negozjabbli eliġibbli għal bank ċentrali
L-ammont riportat ta’ assi mhux negozjabbli li huwa kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.
Għal assi denominati f’munita inkluża fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 (1) bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta. Titoli u flussi ta’ titoli minn assi mhux negozjabbli oħra fil-forma ta’ assi intragrupp ma għandhomx jiġu rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Madankollu, flussi ta’ flus minn dawn l-entrati għandhom jiġu rapportati fil-parti rilevanti tat-Taqsima 1 u 2 tal-formola.
|
|
0991
|
3.7a ħruġ proprju eliġibbli għall-banek ċentrali
Strumenti ta’ dejn garantiti maħruġa mill-istituzzjoni li huma eliġibbli għall-bank ċentrali u kkonservati fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni u li għalihom l-istituzzjoni għandha aċċess dirett fil-livell ta’ konsolidazzjoni tagħha.
|
|
1000
|
3.8 Faċilitajiet impenjati mhux prelevati riċevuti
Ammont totali ta’ faċilitajiet ta’ kreditu mhux prelevati estiżi għall-istituzzjoni ta’ rapportar. Dawn għandhom jinkludu faċilitajiet kuntrattwalment irrevokabbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ammont imnaqqas għal każijiet li fihom il-ħtiġijiet potenzjali ta’ kollateral għall-prelevament minn dawn il-faċilitajiet jaqbżu d-disponibbiltà ta’ kollateral.
Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, faċilitajiet fejn l-istituzzjoni ta’ rapportar diġà tkun prepożizzjonat assi bħala kollateral, għal faċilità ta’ kreditu mhux prelevat, u diġà rapportat l-assi fl-entrata minn 3.1 sa 3.7, ma għandhomx jiġu rapportati fl-entrata 3.8. L-istess għandu japplika għal każijiet fejn l-istituzzjoni ta’ rapportar tista’ teħtieġ il-prepożizzjoni ta’ assi bħala kollateral sabiex tippreleva kif rapportat f’din il-kaxxa.
|
|
1010
|
3.8.1 faċilitajiet tal-Livell 1
L-ammont rapportat fir-ringiela 3.8 li huwa faċilità ta’ bank ċentrali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
1020
|
3.8.2 faċilitajiet ta’ użu ristrett tal-Livell 2B
L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 li huma faċilitajiet f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/61.
|
|
1030
|
3.8.3 faċilitajiet ta’ IPS tal-Livell 2B
L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 li huwa finanzjament ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2015/61.
|
|
1040
|
3.8.4 faċilitajiet oħrajn
L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 għajr l-ammont rapportat fl-entrati minn 3.8.1 sa 3.8.3.
|
|
1050
|
3.8.4.1 minn kontropartijiet intragrupp
L-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
1060
|
3.8.4.2 minn kontropartijiet oħra
L-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4 għajr l-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4.1.
|
|
1070
|
3.9 Bidla netta tal-Kapaċità ta’ Kontrobilanċ
Għandha tiġi rapportata bidla netta fl-iskoperturi għall-entrati 3.2, 3.3, 3.4 u 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 li jirrappreżentaw, rispettivament, banek ċentrali, flussi ta’ titoli u linji ta’ kreditu impenjati f’medda ta’ żmien partikolari.
|
|
1080
|
3.10 Kapaċità ta’ Kontrobilanċ Akkumulata
Ammont kumulat ta’ Kapaċità ta’ Kontrobilanċ mid-data ta’ rapportar għal-limitu superjuri ta’ medda ta’ żmien rilevanti.
|
|
1090-1140
|
4 KONTINĠENZI
Il-“Kontinġenzi” tal-iskala tal-maturità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti.
|
|
1090
|
4.1 Flussi ta’ ħruġ minn faċilitajiet impenjati
Flussi ta’ ħruġ li jirriżultaw minn faċilitajiet impenjati. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw bħala fluss ta’ ħruġ l-ammont massimu li jista’ jinġibed f’perjodu ta’ żmien partikolari. Għal faċilitajiet ta’ kreditu ċirkolanti, għandu jiġi rapportat biss l-ammont superjuri għas-self eżistenti.
|
|
1091
|
4.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS
L-ammont ta’ kontinġenzi fl-entrata 4.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
1100
|
4.1.1 Faċilitajiet ta’ kreditu impenjati
L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 li jirriżulta minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2015/61.
|
|
1110
|
4.1.1.1 meqjus bħala Livell 2B mir-riċevitur
L-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1, li huwa meqjus finanzjament ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
1120
|
4.1.1.2 oħrajn
L-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1, għajr l-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1.1.
|
|
1130
|
4.1.2 faċilitajiet ta’ likwidità
L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 li jirriżulta minn faċilitajiet ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
1131
|
4.1a Flussi ta’ ħruġ minn faċilitajiet ta’ finanzjament mhux impenjati
Faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità mhux impenjati f’konformità mal-Artikolu 23(1)(a), (b), (d) u (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw bħala fluss ta’ ħruġ l-ammont massimu li jista’ jiġi prelevat f’perjodu ta’ żmien partikolari, rapportat fil-medda korrispondenti fl-aktar disponibbiltà bikrija tagħhom. Il-garanziji ma għandhomx jiġu rapportati f’din ir-ringiela.
|
|
1140
|
4.2 Flussi ta’ ħruġ dovuti għal skattar ta’ tnaqqis fil-grad
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw hawnhekk l-effett ta’ deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni li tikkorrispondi għal tnaqqis fil-grad tal-valutazzjoni ta’ kreditu esterna tagħha bi tliet livelli.
L-ammonti pożittivi għandhom jirrappreżentaw il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti u l-ammonti negattivi għandhom jirrappreżentaw tnaqqis tal-obbligazzjoni oriġinali.
Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun tifdija qabel iż-żmien tal-obbligazzjonijiet pendenti, l-obbligazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu rapportati b’simbolu negattiv f’faxxa ta’ żmien meta dawn jiġu rapportati fl-entrata 1 u simultanjament b’simbolu pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta l-obbligazzjoni ssir dovuta, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.
Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun appell għall-marġni, il-valur tas-suq tal-kollateral meħtieġ li jiġi pprovdut għandu jiġi rapportat b’simbolu pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta r-rekwiżit ikun dovut, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.
Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun bidla fid-drittijiet ta’ riipotekazzjoni tat-titoli riċevuti bħala kollateral mill-kontropartijiet, il-valur tas-suq tat-titoli affettwati għandu jiġi rapportat b’sinjal pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta t-titoli ma jibqgħux disponibbli għall-istituzzjoni ta’ rapportar, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.
|
|
1150-1290
|
ENTRATI TA’ MEMORANDUM
|
|
1230
|
13 HQLA eliġibbli għall-bank ċentrali – Assi negozjabbli
L-ammont rapportat fl-entrati 3.3, 3.4, u 3.5 li huwa kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.
Għal assi denominati f’munita inkluża fl-Anness tar-Regolament (UE) 2015/233 bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta.
|
|
1241
|
14 Assi rapportati fl-entrata 3.6 li mhumiex HQLA eliġibbli għall-bank ċentrali
Is-somma tal-ammonti rapportati fl-entrata 3.6 li hija kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.
Għal assi denominati f’munita inkluża fir-Regolament (UE) 2015/233 bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta.
|
|
1270
|
17 Flussi ta’ ħruġ ta’ mġiba minn depożiti
L-ammont rapportat fl-entrata 1.3 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-maturità ta’ mġiba fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni relatriċi. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità.
Id-distribuzzjoni għandha tirrifletti r-“riġidità” tad-depożiti.
L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għaldaqstant ma għandhiex tinkludi informazzjoni relatata ma’ attivitajiet kummerċjali ġodda.
L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhux il-meded ta’ żmien kollha jeħtieġ li jimtlew.
|
|
1280
|
18 Influssi ta’ mġiba minn self u avvanzi
L-ammont rapportat fl-entrata 2.2 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-maturità ta’ mġiba fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni relatriċi. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità.
L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għalhekk ma għandhiex tikkunsidra attivitajiet kummerċjali ġodda.
L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhuwiex neċessarjament meħtieġ li jimtlew il-meded ta’ żmien kollha.
|
|
1290
|
19 Prelevament ta’ mġiba ta’ faċilitajiet impenjati
L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-livell ta’ mġiba ta’ prelevament u l-ħtiġijiet ta’ likwidità li jirriżultaw fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-immaniġġjar tar-riskji tal-likwidità tal-istituzzjoni ta’ rapportar. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità”.
L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għalhekk ma għandhiex tikkunsidra attivitajiet kummerċjali ġodda.
L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhux il-meded ta’ żmien kollha jeħtieġ li jimtlew.
|
(1)
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32015R0233
|