+ANNESS XXI

ANNESS XXI




ANNESS XXI

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMOLA DWAR IL-KONĊENTRAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ TA’ KONTROBILANĊ (C 71.00) TAL-ANNESS XX

Konċentrazzjoni tal-Kapaċità ta’ Kontrobilanċ minn emittent/kontroparti (CCC)(C 71.00)

1. Sabiex jiġbru informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-istituzzjonijiet tar-rapportar mill-għaxar l-ikbar detenturi ta’ assi jew linji ta’ likwidità mogħtija lill-istituzzjoni għal dan l-għan fil-formola C 71.00, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet li jinsabu f’dan l-Anness.

2. Meta l-emittent jew il-kontroparti tkun assenjata lil aktar minn tip ta’ prodott, munita jew skala waħda tal-kwalità kreditizja, għandu jiġi rapportat l-ammont totali. It-tip ta’ prodott, munita jew skala ta’ kwalità kreditizja li għandha tiġi rapportati għandhom ikunu dawk li huma rilevanti għall-akbar proporzjon ta’ konċentrazzjoni tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ.

3. Il-kapaċità ta’ kontrobilanċ f’C71.00 għandha tkun l-istess bħal dik f’C66.01 bil-kwalifika li l-assi rapportati bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ għall-finijiet ta’ C71.00 ma għandhomx ikunu aggravati biex ikunu disponibbli għall-istituzzjoni biex tibdilhom fi flus fid-data ta’ referenza tar-rapportar.

4. Għall-kalkolu tal-konċentrazzjonijiet għall-fini tal-formola ta’ rapportar C 71.00 skont munita sinifikanti, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-konċentrazzjonijiet fil-muniti kollha.

5. Meta emittent jew kontroparti tappartjeni għal diversi gruppi ta’ klijenti konnessi, din għandha tiġi rapportata darba biss fil-grupp bl-ogħla konċentrazzjoni tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ.

6. Għajr għar-ringiela 0120, il-konċentrazzjonijiet tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ ma’ bank ċentrali bħala emittent jew kontroparti ma għandhomx jiġu rapportati f’din il-formola. F’każ li istituzzjoni jkollha assi pjazzati minn qabel f’bank ċentrali għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità u sal-punt li dawn l-assi jaqgħu taħt l-ikbar għaxar emittenti jew kontropartijiet ta’ kapaċità ta’ kontrobilanċ mhux gravati, l-istituzzjoni għandha tirrapporta l-emittent oriġinali u t-tip ta’ prodott oriġinali.



Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Isem l-emittent

L-isem tal-ikbar għaxar emittenti ta’ assi mhux gravati jew kontropartijiet ta’ linji ta’ likwidità impenjati mhux prelevati mogħtija lill-istituzzjoni għandhom jiġu reġistrati fil-kolonna 0010 f’ordni dekrexxenti. L-ikbar entrata tiġi reġistrata f’1.01, it-tieni fl-entrata f’linja 1.02, eċċ. L-emittenti u l-kontropartijiet li jifformaw grupp ta’ klijenti konnessi għandhom jiġu rapportati bħala konċentrazzjoni waħda.

L-isem tal-emittent jew tal-kontroparti rreġistrat għandu jkun l-isem sħiħ tal-entità ġuridika li ħarġet l-assi jew li tat il-linji ta’ likwidità, inkluża kwalunkwe referenza tat-tip ta’ kumpanija f’konformità mad-dritt nazzjonali tal-kumpaniji.

0020

Kodiċi LEI

Il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ entità ġuridika tal-kontroparti.

0030

Settur tal-Emittent

Għandu jiġi allokat settur wieħed għal kull emittent jew kontroparti fuq il-bażi tal-klassijiet tas-settur ekonomiku tar-rapportar finanzjarju ([FINREP]) li ġejjin (il-Parti 1 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni):

(i) Gvernijiet Estiżi; (ii) Istituzzjonijiet ta’ kreditu; (iii) Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn; (iv) Korporazzjonijiet mhux finanzjarji; (v) Unitajiet domestiċi.

Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, settur ma għandu jiġi rapportat l-ebda settur.

0040

Residenza tal-Emittent

Għandu jintuża l-kodiċi ISO 3166-1-alpha-2 tal-pajjiż tal-inkorporazzjoni tal-emittent jew tal-kontroparti, inklużi l-kodiċijiet pseudo-ISO għal organizzazzjonijiet internazzjonali, disponibbli fl-aħħar edizzjoni ta’ “Vademecum tal-Bilanċ tal-Pagamenti” tal-Eurostat.

Għal gruppi ta’ klijenti konnessi, ma għandu jiġi rapportat l-ebda pajjiż.

0050

Tip ta’ Prodott

L-emittenti/Il-kontropartijiet irreġistrati fil-kolonna 0010 għandhom jiġu assenjati tip ta’ prodott korrispondenti għall-prodott li jkunu miżmuma fih l-assi jew il-faċilità ta’ likwidità għal-lest tkun ġiet riċevuta, bl-użu tal-kodiċijiet li ġejjin indikati b’tipa grassa:

SrB (Bond Superjuri)

SubB (Bond Subordinat)

CP (Karta Kummerċjali)

CB (Bonds Koperti)

US (titoli UCITS, jiġifieri strumenti finanzjarji li jirrappreżentaw sehem jew titolu maħruġ minn Impriża ta’ Investimenti Kollettivi f’titoli trasferibbli)

ABS (Titolu Garantit b’Assi)

CrCl (Talba ta’ Kreditu)

Eq (Ekwità)

Deheb (jekk deheb fiżiku, li jista’ jiġi trattat bħala kontroparti waħda)

LiqL (Linja ta’ likwidità impenjata mhux prelevata mogħtija lill-istituzzjoni)

OPT (Tip ta’ prodott ieħor)

0060

Munita

L-emittenti/kontropartijiet irreġistrati fil-kolonna 0010 għandhom jiġu assenjati kodiċi ISO tal-munita fil-kolonna 0060 li jikkorrispondi mad-denominazzjoni tal-assi riċevut jew linji ta’ likwidità impenjati mhux prelevati mogħtija lill-istituzzjoni. Għandu jiġi rapportat il-kodiċi tal-unità tal-munita magħmul minn tliet ittri f’konformità mal-ISO 4217.

Meta linja b’għadd ta’ muniti tkun parti minn konċentrazzjoni f’kapaċità ta’ kontrobilanċ, il-linja għandha tiġi magħduda fil-munita li hija predominanti fil-bqija tal-konċentrazzjoni. Fir-rigward tar-rapportar separat f’muniti sinifikanti kif speċifikat fl-Artikolu 415(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-munita li fiha x’aktarx li jseħħ il-fluss u għandhom jirrapportaw l-entrata f’dik il-munita sinifikanti biss, f’konformità mal-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar separat ta’ muniti sinifikanti fir-rekwiżiti ta’ kopertura tal-likwidità (LCR), f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/451.

0070

Skala tal-kwalità kreditizja

Għandha tiġi assenjata l-iskala tal-kwalità kreditizja xierqa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li għandha tkun l-istess bħal dik tal-entrati rapportati fl-iskala ta’ maturità. Fejn ma hemm l-ebda klassifikazzjoni, għandha tiġi assenjata l-iskala “mhux klassifikata”.

0080

Valur MtM/nominali

Il-valur tas-suq jew il-valur ġust tal-assi, jew, fejn applikabbli, il-valur nominali tal-linja ta’ likwidità mhux prelevata mogħtija lill-istituzzjoni.

0090

Valur kollaterali eliġibbli għall-bank ċentrali

Il-valur tal-kollateral f’konformità mar-regoli tal-bank ċentrali għal faċilitajiet permanenti għall-assi speċifiċi.

Għal assi denominati f’munita inkluża fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 (*1) bħala munita b’eliġibbiltà għall-bank ċentrali ristretta ferm, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta.

(*1)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 tat-13 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ muniti li fihom ikun hemm definizzjoni stretta ħafna ta’ eliġibbiltà tal-bank ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 39, 14.2.2015, p. 11).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_ET -

    EULAW_ET