|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 1, bi frekwenza trimestrali;
(b)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 3, bi frekwenza semiannwali;
(c)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 4, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-formola 47, bi frekwenza annwali;
(d)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 20, bi frekwenza trimestrali meta l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu;
(e)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 21, bi frekwenza trimestrali fejn assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi huma ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrapportat skont l-Anness IV, il-Parti 1, il-formola 1.1;
(f)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formola 22, bi frekwenza trimestrali fejn l-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet huwa ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tal-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u introjtu mill-imgħax nett kif irrapportat skont l-Anness IV, il-Parti 1, il-formola 2;
(g)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 2, il-formoli 23 sa 26, bi frekwenza trimestrali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni mhijiex żgħira u mhijiex mhux kumplessa;
(ii)
il-proporzjon tal-istituzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 11(2), il-punt (g)(ii) huwa ugwali għal jew aktar minn 5 %;
(h)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IV, il-Parti 4, il-formola 47, bi frekwenza annwali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu. Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|