+Artikolu 3 (3)

Artikolu 3 (3)

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin meta jeżerċitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom:

(a)

awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa esterni, u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra inkluż professjonisti legali indipendenti bħall-avukati, li timpenja ruħha li tipprovdi, direttament jew permezz ta’ persuni oħrajn li magħhom tkun relatata dik il-persuna l-oħra, għajnuna materjali, assistenza jew pariri dwar kwistjonijiet ta’ taxxa bħala l-attività ta’ negozju jew professjonali prinċipali;

(b)

nutara, avukati u professjonisti legali indipendenti oħrajn, fejn dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f’isem u għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja jew tal-proprjetà immobbli, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet għall-klijent tagħhom li jirrigwardaw kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ix-xiri u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew ta’ entitajiet kummerċjali;

(ii)

il-ġestjoni tal-likwidità, tat-titoli jew ta’ assi oħrajn tal-klijent, inkluż kriptoassi;

(iii)

il-ftuħ jew il-ġestjoni ta’ kontijiet bankarji, ta’ tfaddil, ta’ titoli jew tal-kriptoassi;

(iv)

l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-ħolqien, jew għall-operat jew għall-ġestjoni ta’ kumpaniji;

(v)

il-ħolqien, l-istabbiliment, l-operat jew il-ġestjoni ta’ trusts, ta’ kumpaniji, ta’ fondazzjonijiet jew ta’ strutturi simili;

(c)

fornituri ta’ servizzi ta’ trusts jew kumpaniji;

(d)

aġenti tal-proprjetà immobbli u professjonisti oħra tal-proprjetà immobbli dment li jaġixxu bħala intermedjarji fi tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli, inkluż b’relazzjoni mal-kiri ta’ proprjetà immobbli għal tranżazzjonijiet li għalihom il-kera ta’ kull xahar tammonta għal mill-inqas EUR 10 000, jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali, irrispettivament mill-mezz ta’ pagament;

(e)

persuni li jinnegozjaw, bħala attività professjonali regolari jew prinċipali, f’metalli u ħaġar prezzjużi;

(f)

persuni li jinnegozjaw, bħala attività professjonali regolari jew prinċipali, f’oġġetti ta’ valur għoli;

(g)

fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard;

(h)

fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv u intermedjarji ta’ finanzjament kollettiv;

(i)

persuni li jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ oġġetti kulturali, inkluż meta dan isir minn galleriji tal-arti u minn swali tal-irkant, meta l-valur tat-tranżazzjoni jew ta’ tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal tal-anqas EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(j)

persuni li jaħżnu, jinnegozjaw jew li jaġixxu bħala intermedjarji fil-kummerċ ta’ oġġetti kulturali u oġġetti ta’ valur kbir, meta dan jitwettaq f’żoni ħielsa u fi mħażen doganali, fejn il-valur tat-tranżazzjoni jew tat-tranżazzjonijiet konnessi jammonta għal tal-anqas EUR 10 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali;

(k)

intermedjarji tal-kreditu għall-krediti ipotekarji u għall-konsumatur, minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, bl-eċċezzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu li jwettqu attivitajiet taħt ir-responsabbiltà ta’ kreditur jew ta’ intermedjarju tal-kreditu wieħed jew aktar;

(l)

l-operaturi tal-migrazzjoni permezz ta’ investiment li huma awtorizzati jirrappreżentaw jew joffru servizi ta’ intermedjazzjoni lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed ifittxu li jiksbu drittijiet ta’ residenza fi Stat Membru bi skambju għal kwalunkwe tip ta’ investiment, inklużi trasferimenti kapitali, xiri jew kiri ta’ proprjetà, investiment f’bonds tal-gvern, investiment f’entitajiet korporattivi, donazzjoni jew dotazzjoni ta’ attività għall-ġid pubbliku u kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-istat;

(m)

kumpaniji azzjonarji ta’ attività mhux finanzjarja mħallta;

(n)

aġenti tal-futbol;

(o)

klabbs tal-futbol professjonali fir-rigward tat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(i)

tranżazzjonijiet ma’ investitur;

(ii)

tranżazzjonijiet ma’ sponsor;

(iii)

tranżazzjonijiet ma’ aġenti tal-futbol jew intermedjarji oħra,

(iv)

tranżazzjonijiet għall-fini ta’ trasferiment ta’ plejer tal-futbol.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit