1. Sal-10 ta’ Lulju 2027, l-AMLA għandha toħtoġ linji gwida li jiddefinixxu r-riskji, ix-xejriet u l-metodi tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jinvolvu kwalunkwe żona ġeografika barra mill-Unjoni li għaliha jkunu skoperti l-entitajiet marbutin b’obbligu. L-AMLA għandha tqis, b’mod partikolari, il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III. Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw sabiex jimmitigaw it-tali riskji.