3. Kwalunkwe impriża maħtura bħala gwardjan, skont l-Artikolu 3 tar- Regolament (UE) 2022/1925, ma għandhiex tkun parti terza eliġibbli skont dan l-Artikolu u għalhekk ma għandhiex:
|
(a)
|
tħajjar jew tinċentiva kummerċjalment utent bi kwalunkwe mod, inkluż billi tipprovdi kumpens monetarju jew kwalunkwe kumpens ieħor, biex tagħmel id-data disponibbli għal wieħed mis-servizzi tiegħu li l-utent ikun kiseb wara talba skont l-Artikolu 4(1);
|
|
(b)
|
tfittex jew tinċentiva kummerċjalment utent biex jitlob lid-detentur tad-data jagħmel id-data disponibbli għal wieħed mis-servizzi tiegħu skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
|
|
(c)
|
tirċievi data minn utent li l-utent ikun kiseb wara talba skont l-Artikolu 4(1).
|