+Artikolu 6 2
|
Artikolu 6 2
2. Il-parti terza ma għandhiex:
|
(a)
|
tagħmel indebitament diffiċli l-eżerċizzju tal-għażliet jew tad-drittijiet skont l-Artikolu 5 u dan l-Artikolu mill-utent, inkluż billi toffri għażliet lill-utent b'mod mhux newtrali, jew billi iġġiegħel lill-utent, tqarraq bih jew timmanipulah, jew billi timmina jew tippreġudika l-awtonomija, it-teħid ta' deċiżjonijiet jew l-għażliet tal-utent, inkluż permezz ta' interfaċċa diġitali tal-utent jew parti minnha;
|
|
(b)
|
minkejja l-Artikolu 22(2), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/679, tuża d-data li tirċievi għat-tfassil tal-profil, sakemm ma jkunx neċessarju li jiġi pprovdut is-servizz mitlub mill-utent;
|
|
(c)
|
tagħmel id-data li tirċievi disponibbli għal parti terza oħra, sakemm id-data ssir disponibbli abbażi ta’ kuntratt mal-utent, u dment li l-parti terza l-oħra tieħu l-miżuri kollha neċessarji miftiehma bejn id-detentur tad-data u l-parti terza biex tippreserva l-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali;
|
|
(d)
|
tagħmel id-data li tirċievi disponibbli għal impriża maħtura bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925;
|
|
(e)
|
tuża d-data li tirċievi biex tiżviluppa prodott li jikkompeti mal-prodott konness li minnu toriġina d-data aċċessata jew tikkondividi d-data ma' parti terza oħra għal dak il-għan; il-partijiet terzi ma għandhom ukoll jużaw l-ebda data mhux personali ta' prodott jew ta' servizz relatat magħmula disponibbli għalihom biex jiksbu għarfien dwar is-sitwazzjoni ekonomika, l-assi u l-metodi ta' produzzjoni tad-detentur tad-data jew l-użu minnu;
|
|
(f)
|
tuża d-data li tirċievi b'mod li jħalli impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-prodott konness jew tas-servizz relatat;
|
|
(g)
|
tinjora l-miżuri speċifiċi miftiehma ma’ detentur tad-data jew mad-detentur ta' sigriet kummerċjali skont l-Artikolu 5(9) u tikser il-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali;
|
|
(h)
|
tipprevjeni lill-utent li huwa konsumatur, inkluż abbażi ta' kuntratt, milli jagħmel id-data li jirċievi disponibbli għal partijiet oħrajn.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|