2. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data definiti fil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, detentur tad-data jista' jirrifjuta jew ifittex il-modifika ta' talba biex id-data ssir disponibbli skont dan il-Kapitolu mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievi talba għad-data neċessarja bħala tweġiba għal emerġenza pubblika u mingħajr dewmien żejjed u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 30 jum tax-xogħol wara li tkun waslet tali talba f'każijiet oħra ta' ħtieġa eċċezzjonali, għal xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
|
(a)
|
id-detentur tad-data ma jkollux kontroll fuq id-data mitluba;
|
|
(b)
|
talba simili għall-istess għan tkun ġiet sottomessa qabel minn korp ieħor tas-settur pubbliku jew mill-Kummissjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew minn korp tal-Unjoni u d-detentur tad-data ma jkunx ġie nnotifikat bit-tħassir tad-data skont l-Artikolu 19(1), il-punt (c);
|
|
(c)
|
it-talba ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17(1) u (2).
|