+Artikolu 25 2
|
Artikolu 25 2
2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/770, il-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
klawżoli li jippermettu lill-klijent, fuq talba, jaqleb għal servizz tal-ipproċessar tad-data offrut minn fornitur differenti ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data jew li jittrasferixxi d-data u l-assi diġitali kollha li jistgħu jiġu esportati għal infrastruttura ICT fuq il-post, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux wara l-perjodu tranżizzjonali massimu obbligatorju ta' 30 jum kalendarju, li jibda wara l-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-punt (d), li matulu l-kuntratt tas-servizz jibqa' japplika u li matulu l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data għandu:
|
(i)
|
jagħti assistenza raġonevoli lill-klijent u lill-partijiet terzi awtorizzati mill-klijent fil-proċess tal-qlib;
|
|
(ii)
|
jaġixxi bl-attenzjoni dovuta biex tinżamm il-kontinwità tan-negozju, u jkompli jipprovdi l-funzjonijiet jew is-servizzi skont il-kuntratt;
|
|
(iii)
|
jipprovdi informazzjoni ċara dwar ir-riskji magħrufa għall-kontinwità fil-forniment tal-funzjonijiet jew tas-servizzi min-naħa tal-fornitur sors tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data;
|
|
(iv)
|
jiżgura li jinżamm livell għoli ta' sigurtà matul il-proċess tal-qlib, b'mod partikolari s-sigurtà tad-data matul it-trasferiment tagħha u l-kontinwità tas-sigurtà tad-data matul il-perjodu ta' rkupru speċifikat fil-punt (g), f’konformità mal-liġijiet tal-Unjoni jew dawk nazzjonali applikabbli;
|
|
|
(b)
|
obbligu tal-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data biex jappoġġa l-istrateġija ta' ħruġ rilevanti tal-klijent għas-servizzi kkuntrattati, inkluż billi jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha;
|
|
(c)
|
klawżola li tispeċifika li l-kuntratt għandu jiġi kkunsidrat mitmum u l-klijent għandu jiġi nnotifikat bit-terminazzjoni, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(i)
|
fejn applikabbli, mat-tlestija b'suċċess tal-proċess tal-qlib;
|
|
(ii)
|
fi tmiem il-perjodu massimu ta' avviż imsemmi fil-paragrafu (d), meta l-klijent ma jixtieqx jaqleb iżda jixtieq iħassar id-data li tista’ tiġi esportata u l-assi diġitali kollha tiegħu mat-terminazzjoni tas-servizz;
|
|
|
(d)
|
perjodu massimu ta' avviż għall-bidu tal-proċess tal-qlib, li ma għandux jaqbeż xahrejn;
|
|
(e)
|
speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji kollha tad-data u l-assi diġitali li jistgħu jiġu ttrasferiti matul il-proċess tal-qlib, inkluż, bħala minimu, id-data kollha li tista' tiġi esportata;
|
|
(f)
|
speċifikazzjoni eżawrjenti tal-kategoriji tad-data speċifiċi għall-funzjonament intern tas-servizz tal-ipproċessar tad-data tal-fornitur li jridu jiġu eżentati mid-data li tista' tiġi esportata skont il-punt (e) ta’ dan il-paragrafu fejn jeżisti riskju ta' ksur tas-sigrieti kummerċjali tal-fornitur; sakemm tali eżenzjonijiet ma għandhomx jimpedixxu jew idewmu l-proċess tal-qlib previst fl-Artikolu 23;
|
|
(g)
|
perjodu minimu għall-irkupru tad-data ta' mill-inqas 30 jum kalendarju, li jibda wara t-terminazzjoni tal-perjodu tranżizzjonali li kien miftiehem bejn il-klijent u l-fornitur ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data, f'konformità mal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u l-paragrafu 4;
|
|
(h)
|
klawżola li tiggarantixxi t-tħassir sħiħ tad-data kollha li tista' tiġi esportata u ta’ assi diġitali ġġenerati direttament mill-klijent, jew relatati mal-klijent direttament, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g) jew wara l-iskadenza ta' perjodu alternattiv maqbul f'data aktar tard mid-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-punt (g), dment li l-proċess tal-qlib ikun tlesta b'suċċess;
|
|
(i)
|
l-imposti tal-qlib li jistgħu jiġu imposti mill-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data f'konformità mal-Artikolu 29.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|