1. L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 23, il-punt (d), l-Artikolu 29 u l-Artikolu 30(1) u (3) ma għandhomx japplikaw għas-servizzi tal-ipproċessar tad-data li l-maġġoranza tal-karatteristiċi ewlenin tagħhom ikunu nbnew apposta biex jakkomodaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' klijent individwali jew fejn il-komponenti kollha jkunu ġew żviluppati għall-finijiet ta' klijent individwali, u fejn dawk is-servizzi tal-ipproċessar tad-data ma jiġux offruti fuq skala kummerċjali wiesgħa permezz tal-katalogu tas-servizzi tal-fornituri ta' servizzi tal-ipproċessar tad-data.