6. Il-koordinatur tad-data, fejn tkun inħatret tali awtorità kompetenti, għandu:
|
(a)
|
jaġixxi bħala l-punt uniku ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jiżgura d-disponibbiltà pubblika online tat-talbiet biex id-data ssir disponibbli magħmula mill-korpi tas-settur pubbliku fil-każ ta' ħtieġa eċċezzjonali skont il-Kapitolu V u jippromwovi l-ftehimiet volontarji dwar il-kondiviżjoni tad-data bejn il-korpi tas-settur pubbliku u d-detenturi tad-data;
|
|
(c)
|
jinforma lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, dwar ir-rifjuti nnotifikati skont l-Artikolu 4(2) u (8) u l-Artikolu 5(11).
|