1. Il-fornituri ta' pjattaformi online li jippreżentaw reklami fuq l-interfaċċi online tagħhom għandhom jiżguraw li, għal kull reklam speċifiku ppreżentat lil kull riċevitur individwali, ir-riċevituri tas-servizz ikunu jistgħu jidentifikaw, b'mod ċar, konċiż u mhux ambigwu u f'ħin reali, dawn li ġejjin:
|
(a)
|
li l-informazzjoni hija reklam, inkluż permezz ta' marki prominenti, li jistgħu jsegwu standards skont l-Artikolu 44;
|
|
(b)
|
il-persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha jkun qed jiġi ppreżentat ir-reklam;
|
|
(c)
|
il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħallset għar-reklam jekk dik il-persuna tkun differenti mill-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punt (b);
|
|
(d)
|
informazzjoni sinifikanti aċċessibbli direttament u faċilment mir-reklam dwar il-parametri ewlenin użati biex jiġi ddeterminat ir-riċevitur li lilu qed jiġi ppreżentat ir-reklam u, fejn applikabbli, kif jistgħu jinbidlu dawk il-parametri..
|