3. Fejn, fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-proċedimenti legali marbuta mal-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jkunu pendenti fi Stat Membru, u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament iżomm informazzjoni jew dokumenti marbutin ma’ dawk il-proċedimenti pendenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jżomm dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti f’konformità mal-liġi nazzjonali għal perjodu ta’ ħames snin mill-25 ta’ Ġunju 2015. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u għall-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ tali informazzjoni jew dokumenti għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin, fejn in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri jkunu ġew stabbiliti għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.