+Artikolu 26 Żamma ta’ rekords
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3

Artikolu 26 Żamma ta’ rekords

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1

1.   L-informazzjoni dwar il-pagatur u l-prenditur jew dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju ma għandhiex tinżamm għal aktar milli strettament meħtieġ. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-prenditur għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4 sa 7, u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi tal-oriġinatur u tal-benefiċjarju għandhom iżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 14 sa 16, għal perjodu ta’ ħames snin.

Artikolu 26 2

2.   Mal-iskadenza tal-perjodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jiżguraw li d-data personali titħassar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li tiddetermina f’liema ċirkostanzi l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jistgħu jew għandhom iżommu tali data ulterjorment. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma ulterjuri biss wara li jkunu wettqu valutazzjoni bir-reqqa tan-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri, u meta jqisu li din tkun ġustifikata bħala neċessarja għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Dak il-perjodu ta’ żamma ulterjuri ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Artikolu 26 3

3.   Fejn, fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-proċedimenti legali marbuta mal-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jkunu pendenti fi Stat Membru, u fornitur ta’ servizzi ta’ pagament iżomm informazzjoni jew dokumenti marbutin ma’ dawk il-proċedimenti pendenti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jżomm dik l-informazzjoni jew dawk id-dokumenti f’konformità mal-liġi nazzjonali għal perjodu ta’ ħames snin mill-25 ta’ Ġunju 2015. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-evidenza applikabbli għall-investigazzjonijiet kriminali u għall-proċedimenti legali li jkunu għaddejjin, jippermettu jew jirrikjedu ż-żamma ta’ tali informazzjoni jew dokumenti għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin, fejn in-neċessità u l-proporzjonalità ta’ din iż-żamma ulterjuri jkunu ġew stabbiliti għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit