+Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 In-Notifika lill-Kummissjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 1 3
------+Artikolu 1 4
---+Artikolu 2 Il-Konsultazzjoniji ta' min għandu interess u l-parteċipazzjoni fin-negozjati
---+Artikolu 3 Il-Projbizzjoni dwar it-tidħil ta' arranġamenti aktar restrittivi
---+Artikolu 4 Il-Konklużjoni tl-ftehimijiet
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
---+Artikolu 5 Id-Distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku
---+Artikolu 6 Il-Pubblikazzjoni tal-proċeduri
---+Artikolu 7 Il-Proċedura tal-Kumitat
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
---+Artikolu 8 Il-Kunfidenzalità
---+Artikolu 9 Ġibiltà
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Id-dħul fis-seħħ
English - European Union - Aviation -

Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

Magħmul fi Strasburgu, fi- 29.4.2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 234, tat-30.9.2003, p. 21.ĠU C 234, tat-30.9.2003, p. 6.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 54 E, tat-2.3.2004, p. 33), Pożizzjoni Komuni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2004.

[3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[5] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43.

--------------------------------------------------

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-29 ta' April 2004

dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artiklu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew [1],

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artiklu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Ir-relazzjonijiet fl-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġew tradizzjonalment irregolati bi ftehimijiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi ta' magħhom u arranġamenti oħra bilaterali jew multi-laterali li għandhom x'jaqsmu magħhom.

(2) Wara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-469/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva rigward l-aspetti varji ta' dawn il-ftehimijiet.

(3) Il-Qorti ċċarat ukoll id-dritt tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji li jibbenefikaw mid-dritt li jiġu stabbiliti fil-Komunità, inkluż id-dritt għall-aċċess mhux diskriminatorju tas-suq.

(4) Meta jkun jidher illi l-kontenut tas-suġġett ta' ftehim jidħol f'parti minnu fil-kompetenza tal-Komunità u f'parti minnu f'dik ta' l-Istati Membri, huwa essenzali li tiġi żgurata koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji, kemm fil-proċess tan-negozjati u l-konklużjoni u kemm fit-twettiq ta' l-impenji midħula għalihom. Dan l-obbligu ta' koperazzjoni joħroġ mill-ħtieġa ta' l-unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità. L-istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għalbiex jiżguraw l-aħjar koperazzjoni possibbli f'dan ir-rigward.

(5) Il-proċedura tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri, skond il-liġijiet Komunitarji kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(6) Il-ftehimijiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet kontrarji għal-liġijiet Komunitarji għandhom jiġu emendati jew mibdula minn ftehimijiet ġodda li jkunu kompatibbli għal kollox mal-liġijiet Komunitarji.

(7) Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, u b'mod partikulari għall-Artikolu 300 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jixtiequ li jagħmlu emendi għall-ftehimijiet eżistenti u jagħmlu provvediment għalbiex jamministraw l-implimentazzjoni tagħhom sa dak iż-żmien meta jidħol is-seħħ ftehim konkluż mill-Komunità.

(8) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li Stat Membru li jkun qiegħed jikkonduċi negozjati jqis il-liġijiet Komunitarji, l-interessi aktar wiesgħa Komunitarji u n-negozjati Komunitarji li jkunu għaddejja.

(9) Jekk Stat Membru jixtieq li jinvolvi t-trasportaturi bl-ajru fil-proċess tan-negozjati, it-trasportaturi bl-ajru kollha bi stabbiliment fit-territorju ta' l-Istat Membru interessat għandom jiġu ttrattati ndaqs.

(10) L-istabbiliment fit-territorju ta' Stat Membru jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta' l-attività tat-trasport bl-ajru permezz ta' arranġamenti stabbli; il-għamla legali ta' dan l-istabbiliment, sewwa jekk fergħa u sewwa jekk sussidjarja b'personalità legali, ma għandux ikun il-fattur determinanti f'dan ir-rigward. Meta impriża tiġi stabbilita fit-territorju ta' numru ta' Stati Membri, kif iddefinit bit-Trattat, għandha tiżgura, għalbiex tevita kull ċirkumvenzjoni tal-liġijiet nazzjonali, illi dawn l-istabbilimenti jwettqu l-obbligi li jistgħu jiġu imposti, skond il-liġijiet Komunitarji, mil-liġijiet nazzjonali li japplikaw għall-attività tagħha.

(11) Sabiex jiġi żgurat illi d-dritijiet tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji ma jiġux ristretti b'mod mhux mistħoqq, ma għandhom jiddaħħlu l-ebda miżuri ġodda li jnaqqsu n-numru tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji li jistgħu ikunu maħtura għalbiex jipprovdu servizzi bl-ajru f'suq mogħti fil-ftehimijiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru.

(12) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għad-distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku bejn it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji. Meta jkunu qegħdin japplikaw dawn il-proċeduri, l-Istati Membri għandhom iqisu kif mistħoqq il-ħtieġa li jippriservaw il-kontinwità tas-servizzi bl-ajru.

(13) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [3].

(14) Kull Stat Membru jista' jinvoka l-kunfidenzalità tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimijiet bilaterali li jkun innegozja u jitlob lill-Kummissjoni li ma jaqsamx it-tagħrif ma' l-Istati Membri l-oħra.

(15) L-arranġamenti għal koperazzjoni akbar dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq f'dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dawn l-arranġamenti għad iridu jitħaddmu.

(16) Ġaladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kordinament tan-negozjati mal-pajjiżi terzi u l-verifika tal-konformità tagħhom mal-liġijiet Komunitarji, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, għar-raġuni ta' l-iskop matul il-Komunità kollha ta' dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, dan ir-Reglament ma jmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-miri,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 In-Notifika lill-Kummissjoni
Artikolu 2 Il-Konsultazzjoniji ta' min għandu interess u l-parteċipazzjoni fin-negozjati

Artikolu 2

Il-Konsultazzjoniji ta' min għandu interess u l-parteċipazzjoni fin-negozjati

Safejn u sakemm it-trasportaturi bl-ajru u l-partijiet l-oħra interessati jridu jiġu involuti fin-negozjati riferiti fl-Artiklu 1, l-Istati Membri għandhom jittrattaw indaqs lit-trasportaturi bl-ajru kollha Komunitarji bi stabbiliment fuq it-territorji rispettivi tagħhom li għalihom japplika t-Trattat.

Artikolu 3 Il-Projbizzjoni dwar it-tidħil ta' arranġamenti aktar restrittivi

Artikolu 3

Il-Projbizzjoni dwar it-tidħil ta' arranġamenti aktar restrittivi

Stat Membru ma għandu jidħol fl-ebda arranġament ġdid ma' pajjiż terz, li jnaqqas in-numru tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji li jista', skond l-arranġamenti eżistenti, jiġi maħtur għalbiex jipprovdi servizzi bejn it-territrorju tiegħu u dan il-pajjiż, la rigward is-suq intier tat-trasport bl-ajru bejn iż-żewġ partijiet u lanqas fuq il-bażi ta' pari ta bliet speċifiċi.

Artikolu 4 Il-Konklużjoni tl-ftehimijiet
Artikolu 5 Id-Distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku

Artikolu 5

Id-Distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku

Meta Stat Membru jikkonkludi ftehim, jew emendi għal ftehim jew għall-Annesssi ta' miegħu, li jipprovdi limitazzjonijiet dwar l-użu tad-drittijiet għat-traffiku jew għan-numru tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji eliġibbli li jrid jiġi maħtur għalbiex jieħu vantaġġ mid-drittijiet għat-traffiku, dan l-Istat Membru għandu jiżgura d-distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku fost it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji eliġibbli fuq il-bażi ta' proċedura mhux diskriminatorja u trasparenti.

Artikolu 6 Il-Pubblikazzjoni tal-proċeduri

Artikolu 6

Il-Pubblikazzjoni tal-proċeduri

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-proċeduri li għandhom japplikaw għall-għanijiet ta' l-Artikolu 5 u, meta approprjat, l-Artikolu 2. Għall-għanijiet tat-tagħif, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-proċeduri jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fi żmien tmien ġimgħat minn meta jiġu rċevuti. Kull proċedura ġdida u bidla sossegwenti għall-proċeduri eżistenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mill-inqas tmien ġimgħat qabel ma jidħlu fi-seħħ, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-perjodu taż-żmien ta' tmien ġimgħat.

Artikolu 7 Il-Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 8 Il-Kunfidenzalità

Artikolu 8

Il-Kunfidenzalità

Meta jinnotifikaw lill Kummissjoni dwar in-negozjati u r-riżultati tagħhom kif previst fl-Artikli 1 u 4, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu b'mod ċar lill-Kummissjoni jekk kull tagħrif fihom għandux jiġi kkunsidrat kunfidenzali u jekk jistax jinqasam ma' l-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull tagħrif identifikat bħala kunfidenzjali jiġi ttrattat skond l-Artiklu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [5].

Artikolu 9 Ġibiltà
Artikolu 10 Id-dħul fis-seħħ

Artikolu 10

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.