+Artikolu 1 In-Notifika lill-Kummissjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4

Artikolu 1 In-Notifika lill-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1. Stat Membru jista', mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha, jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz li jirrigwardaw ftehim ġdid ta' servizz bl-ajru jew il-modifika ta' ftehim eżistenti dwar servizzi bl-ajru, l-Annessi tagħhom, u kull arranġament bilaterali jew multi-laterali li jkollu x'jaqsam magħhom, li l-kontenut tas-suġġett tagħhom jidħol f'parti minnu fil-kompetenza tal-Komunità, sakemm:

- kull klawsola rilevanti standard, żviluppata u stabbilita b'mod konġunt bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, tiġi inkluża f'dawn in-negozjati;

u

- tikkonforma mal-proċedura ddikjarata fil-paragrafi 2, 3 u 4.

Meta approprjat, il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tieħu sehem bħala osservatur f'kull negozjat minn dawn.

Artikolu 1 2

2. Meta Stat Membru jkun beħsiebu jidħol f'dawn in-negozjati, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu bil-miktub. Din in-notifika għandha tinkludi kopja tal-ftehim eżistenzi, jekk disponibbli, id-dokumentazzjoni rilevanti l-oħra u indikazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, il-għanijiet tan-negozjati u kull tagħrif ieħor rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din in-notifika u, fuq talba, id-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, bla ħsara għall-ħtiġiet tal-kunfidenzalità.

It-tagħrif għandu jiġi trasmess mill-inqas xahar kalendarju qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz interessat. Jekk, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, in-negozjati formali jiġu skedati f'avviż ta' inqas minn xahar, l-Istat Membru għandu jinnotifika t-tagħrif malajr kemm jista' jkun.

Artikolu 1 3

3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu kummenti lill-Istat membru li jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jidħol f'negozjati skond il-paragrafu 2. Dan l-Istat Membru għandu jqis dawn il-kummenti kemm jista' jkun fil-kors tan-negozjati.

Artikolu 1 4

4. Jekk, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika riferita fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tikkonkludi illi n-negozjati x'aktarx:

- jimminaw il-għanijiet tan-negozjati Komunitarji li jkunu għaddejja mal-pajjiż terz interessat,

u/jew

- iwasslu għal ftehim li jkun inkompatibbli mal-liġijiet nazzjonali

għandha tgħarraf lill-Istati Membri kif jixraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.04.2004 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.