|
+Preamble: 1 |
Preamble: 1Ir-Regolament (KE) Nru 847/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimijiet dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artiklu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew [1], Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artiklu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Ir-relazzjonijiet fl-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġew tradizzjonalment irregolati bi ftehimijiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi ta' magħhom u arranġamenti oħra bilaterali jew multi-laterali li għandhom x'jaqsmu magħhom. (2) Wara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-469/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva rigward l-aspetti varji ta' dawn il-ftehimijiet. (3) Il-Qorti ċċarat ukoll id-dritt tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji li jibbenefikaw mid-dritt li jiġu stabbiliti fil-Komunità, inkluż id-dritt għall-aċċess mhux diskriminatorju tas-suq. (4) Meta jkun jidher illi l-kontenut tas-suġġett ta' ftehim jidħol f'parti minnu fil-kompetenza tal-Komunità u f'parti minnu f'dik ta' l-Istati Membri, huwa essenzali li tiġi żgurata koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Komunitarji, kemm fil-proċess tan-negozjati u l-konklużjoni u kemm fit-twettiq ta' l-impenji midħula għalihom. Dan l-obbligu ta' koperazzjoni joħroġ mill-ħtieġa ta' l-unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità. L-istituzzjonijiet Komunitarji u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għalbiex jiżguraw l-aħjar koperazzjoni possibbli f'dan ir-rigward. (5) Il-proċedura tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri, skond il-liġijiet Komunitarji kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. (6) Il-ftehimijiet bilaterali eżistenti bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet kontrarji għal-liġijiet Komunitarji għandhom jiġu emendati jew mibdula minn ftehimijiet ġodda li jkunu kompatibbli għal kollox mal-liġijiet Komunitarji. (7) Mingħajr preġudizzju għat-Trattat, u b'mod partikulari għall-Artikolu 300 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jixtiequ li jagħmlu emendi għall-ftehimijiet eżistenti u jagħmlu provvediment għalbiex jamministraw l-implimentazzjoni tagħhom sa dak iż-żmien meta jidħol is-seħħ ftehim konkluż mill-Komunità. (8) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li Stat Membru li jkun qiegħed jikkonduċi negozjati jqis il-liġijiet Komunitarji, l-interessi aktar wiesgħa Komunitarji u n-negozjati Komunitarji li jkunu għaddejja. (9) Jekk Stat Membru jixtieq li jinvolvi t-trasportaturi bl-ajru fil-proċess tan-negozjati, it-trasportaturi bl-ajru kollha bi stabbiliment fit-territorju ta' l-Istat Membru interessat għandom jiġu ttrattati ndaqs. (10) L-istabbiliment fit-territorju ta' Stat Membru jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta' l-attività tat-trasport bl-ajru permezz ta' arranġamenti stabbli; il-għamla legali ta' dan l-istabbiliment, sewwa jekk fergħa u sewwa jekk sussidjarja b'personalità legali, ma għandux ikun il-fattur determinanti f'dan ir-rigward. Meta impriża tiġi stabbilita fit-territorju ta' numru ta' Stati Membri, kif iddefinit bit-Trattat, għandha tiżgura, għalbiex tevita kull ċirkumvenzjoni tal-liġijiet nazzjonali, illi dawn l-istabbilimenti jwettqu l-obbligi li jistgħu jiġu imposti, skond il-liġijiet Komunitarji, mil-liġijiet nazzjonali li japplikaw għall-attività tagħha. (11) Sabiex jiġi żgurat illi d-dritijiet tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji ma jiġux ristretti b'mod mhux mistħoqq, ma għandhom jiddaħħlu l-ebda miżuri ġodda li jnaqqsu n-numru tat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji li jistgħu ikunu maħtura għalbiex jipprovdu servizzi bl-ajru f'suq mogħti fil-ftehimijiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru. (12) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għad-distribuzzjoni tad-drittijiet għat-traffiku bejn it-trasportaturi bl-ajru Komunitarji. Meta jkunu qegħdin japplikaw dawn il-proċeduri, l-Istati Membri għandhom iqisu kif mistħoqq il-ħtieġa li jippriservaw il-kontinwità tas-servizzi bl-ajru. (13) Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [3]. (14) Kull Stat Membru jista' jinvoka l-kunfidenzalità tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimijiet bilaterali li jkun innegozja u jitlob lill-Kummissjoni li ma jaqsamx it-tagħrif ma' l-Istati Membri l-oħra. (15) L-arranġamenti għal koperazzjoni akbar dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq f'dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dawn l-arranġamenti għad iridu jitħaddmu. (16) Ġaladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-kordinament tan-negozjati mal-pajjiżi terzi u l-verifika tal-konformità tagħhom mal-liġijiet Komunitarji, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, għar-raġuni ta' l-iskop matul il-Komunità kollha ta' dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, dan ir-Reglament ma jmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-miri, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|