ANNESS
IL-METODI TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI U TA' L-ANALIŻI
A. L-ISKARIGU TA' EFFLUWENTI AKWEJI
Il-metodu ta' riferiment għall-analiżi sabiex jiġi stabbilit il-materjal totali f'sospensjoni (materjal li jista' jiġi msoffi minn kampjun mhux preċipitat) kif espress f'mg/1 għandu jiġi imsoffi permezz ta' membrana tal-filtru ta' 0,45 μm, li jinxef (il-materjal) f'temperatura ta' 105 °C u wżin (
4
).
Il-kampjuni jridu jittieħdu b'tali mod li jkunu rappreżentattivi tal-iskarigu matul perjodu taż-żmien ta' 24 siegħa.
Din id-determinazzjoni għandha tiġi mwettqa għal preċiżjoni (
5
) ta' ± 5 % u eżattezza (5) ta' ± 10 %.
B. L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI META JINGĦAŻEL METODU GĦALL-KEJL TA' L-EMISSJONIJIET FL-ARJA
I. Il-metodu gravimetriku
|
1.
|
Il-metodu magħżul għandu jkun il-metodu gravimetriku li huwa kapaċi jkejjel il-kwantitajiet totali ta' trab imtajjar permezz tal-kanali ta' l-iskarigu.
Għandha titqies il-konċentrazzjoni ta' l-asbestos bħala trab. Meta jinħtieġu kejlijiet tal-konċentrazzjoni, għandha tiġi mkejla jew evalwata l-konċetrazzjoni ta' l-asbestos bħala trab. L-awtorità tal-kontroll għandha tiddeċiedi dwar kull meta għandu jsir dan il-kejl, skond il-karatteristiċi ta' l-impjant u tal-produzzjoni tiegħu, imma dan għandhu fil-bidu jkun ta' mill-inqas kull sitt xhur. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa li l-konċentrazzjoni ma turi l-ebda varjazzjoni sinifikanti, il-frekwenza tal-kejl tista' titnaqqas. Meta ma jittieħdux kejlijiet perjodiċi, il-valur tal-limitu speċifikat f'Artikolu 4 tad-Direttiva japplika għall-emissjonijiet totali ta' trab.
It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq qabel kull dilwizzjoni tat-tnixxija li għandha tkun imkejjla.
|
|
2.
|
It-teħid ta' kampjuni għandu jiġi mwettaq għal preċiżjoni ta' ± 40 % u eżattezza ta' ± 20 % tal-valur tal-limitu. Il-limitu tas-sejbien għandu jkun ta' 20 %. Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet taħt l-istess kondizzjonijiet sabiex tiġi kontrollata u eżaminata l-konformità mal-valur tal-limitu.
|
|
3.
|
It-tħaddim tal-istallazzjoni Il-kejlijiet għandhom ikunu validi biss jekk it-teħid tal-kampjuni jsir filwaqt li l-istallazzjoni tkun qiegħda taħdem normalment.
|
|
4.
|
Il-għażla tal-post tat-teħid tal-kampjuni It-teħid tal-kampjuni għandu jsir f'post fejn ikun hemm kurrent laminari (mhux imqalleb) ta' l-arja. Sakemm ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni biex tiġi evitata t-turbulenza, u l-ostakoli li jistgħu jfixklu l-kurrent ta' l-arja.
|
|
5.
|
Il-modifiki meħtieġa għat-teħid tal-kampjuni Għandu jkun hemm fetħiet (aperturi) xierqa fil-kanali fejn jittieħdu l-kampjuni u għandhom jiġu provvduti pjattaformi xierqa.
|
|
6.
|
Il-kejlijiet li jridu jittieħdu qabel it-teħid tal-kampjuni Qabel ma jidba t-teħid tal-kampjuni, ikun l-ewwel meħtieġ li titkejjel it-temperatura ta' l-arja u tal-pressjoni u tal-qawwa tal-kurrent fil-kanal. It-temperatura ta' l-arja u l-pressjoni għandhom normalment jitkejlu waqt il-ħin tat-teħid tal-kampjuni bir-rati tal-kurrenti (ta' l-arja) normali. Taħt kondizzjonijiet speċjali, huwa wkoll meħtieġ li titkejjel il-konċentrazzjoni ta' l-umdità biex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu emendati kif jixraq.
|
|
7.
|
Il-ħtiġiet ġenerali tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni Il-proċedura teħtieġ kampjun ta' l-arja minn kanal li jġorr l-emissjonijiet tat-trab ta' l-asbestos li jrid jiġi miġbud permezz ta' filtru, u jrid jiġi mkejjel il-kontenut ta' l-asbestos bħala trab miżmum bil-filtru.
|
7.1.
|
Għandha l-ewwel tiġi kkontrollata u eżaminata l-linja tat-teħid tal-kampjun sabiex ikun assigurat li ma tgħaddix arja minnha u li ma jkunx hemm nixxijiet li jistgħu joħolqu żbalji fil-kejl. Ir-ras ta' l-apparat li jieħu l-kampjuni għandha tkun issiġillata b'attenzjoni u l-pompa ta' l-apparat għandha tiġi mqabbda. Ir-rata tan-nixxija ma għandhiex teċċedi l-1 % tal-kurrent normali fit-teħid tal-kampjun.
|
|
7.2.
|
Normalment, it-teħid tal-kampjun għandu jkun imwettaq taħt kondizzjonijiet iso-kinetiċi.
|
|
7.3.
|
It-tul taż-żmien tat-teħid tal-kampjun għandu jiddependi mit-tip ta' proċess li jiġi mmonitorjat u l-linja tat-teħid tal-kampjuni u l-perjodu taż-żmien tagħha għandhom ikunu biżżejjed sabiex jassiguraw li tiġi miġbura kwantità adekwata ta' materjal biex jintiżen. (It-tul taż-żmien) Għandu jkun rappreżentattiv tal-proċess sħiħ li jkun qiegħed jiġi mmonitorjat.
|
|
7.4.
|
Meta l-filtru ta' l-apparat tat-teħid ta' kampjuni ma jkunx fil-qrib immedjat tar-ras ta' l-apparat, ikun essenzjali li jiġu rkuprati l-materjali ddepożitati fis-sonda li tieħu l-kampjuni.
|
|
7.5.
|
Ir-ras ta' l-apparat tat-teħid tal-kampjuni u n-numru tal-postijiet fejn iridu jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-livell nazzjonali stabbilit adottat.
|
|
|
8.
|
In-natura tal-filtru ta' l-apparat li jieħu l-kampjuni
|
8.1.
|
Għandu jingħażel il-filtru xieraq għall-metodu tat-teknika ta' l-analiżi. Għall-metodu gravimetriku, huma preferibbli l-filtri bil-fibri tal-ħġieġ.
|
|
8.2.
|
Hija meħtieġa effiċjenza minima tal-filtrazzjoni ta' 99 %, kif definita b'riferenza għat-test DOP bl-użu ta' aerosol b'partikoli ta' dijamertru 0,3 μm.
|
|
|
9.
|
L-użin
|
9.1.
|
Għandu jiġi wżat miżien xieraq bi preċiżjoni qawwija.
|
|
9.2.
|
Sabiex tinkiseb l-akkuratezza meħtieġa għall-użin, huwa essenzjali li l-filtri jiġu kondizzjonati sewwa qabel u wara t-teħid tal-kampjuni.
|
|
|
10.
|
L-espressjoni tar-riżultati B'żieda mad-dettalji dwar il-kejl, ir-riżultati għandhom jirreġistraw id-dettalji dwar it-temperatura, il-pressjoni u l-kurrent (ta' l-arja), bħalma huwa disinn sempliċi li juri l-lokazzjoni tal-postijiet tat-teħid tal-kampjuni, id-dimensjonijiet tal-kanali, il-volumi tal-kampjuni u l-metodu tal-kalkolu wżat biex jikseb ir-riżultati. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu espressi f'temperatura normali (273K) u fi pressjoni normali (101,3 kPa).
|
II. Il-metodu tal-fibri li jistgħu jingħaddu
Meta tintuża l-proċedura ta' l-għadd tal-fibri bil-għan li jiċċekkjaw il-konformità mal-valur tal-limitu f'Artikolu 4 tad-Direttiva, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet għall-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, jista' jiġi wżat fattur tal-konverżjoni ta' żewġ fibri/ml għal kull 0,1 mg/m3 ta' trab ta' l-asbestos.
Għall-għanijiet tad-Direttiva, fibra hija definita bħala kull oġġett ta' tul akbar minn 5 μm, wisa' anqas minn 3 μm, u li jkollha proporzjon ta' tul/wisa' akbar minn 3/1, li jkunu jistgħu jingħaddu bil-mikroskopija ottika li jgħamel kuntrast tal-fażijiet billi juża l-metodu tar-riferiment Ewropew kif definit f'Anness I tad-Direttiva 83/477/KEE.
Il-metodu bil-għadd tal-fibri għandu jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
1. Il-metodu għandu jkun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjoni tal-fibri li jistgħu jingħaddu fil-gassijiet emessi.
L-awtorità tal-kontroll għandha tiddeċiedi dwar il-perjodiċità ta' dan il-kejl, skond il-karatteristiċi ta' l-impjant u l-produzzjoni tiegħu, imma dawn għandhom ikunu mill-anqas kull sitt xhur. Meta ma jitteħidx kejl perjodiku, il-valur tal-limitu speċifikat f'Artikolu 4 japplika għall-emissjoni totali tat-trab.
It-teħid tal-kampjuni għandu jsir qabel kull dilwizzjoni fil-kurrent li jrid jiġi mkejjel.
2.
L-operat tal-istallazzjoni
Il-kejl għandu jkun validu biss jekk it-teħid tal-kampjuni jsir waqt li l-istallazzjoni tkun qiegħda titħaddem normalment.
3.
Il-għażla tal-punt tat-teħid tal-kampjuni
It-teħid tal-kampjuni għandu jsir f'punt fejn ikun hemm kurrent laminari (mhux imqalleb) ta' l-arja. Safejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni biex jiġu evitati t-turbulenza u l-ostakoli li jistgħu jfixklu l-kurrent ta' l-arja.
4.
Il-modifiki meħtieġa fit-teħid tal-kampjuni
Għandhom jintgħamlu fetħiet (aperturi) xierqa fil-kanali fejn irid isir it-teħid tal-kampjuni, u għandhom jiġu provvduti pjattaformi xierqa.
5.
Il-kejl li jrid jittieħed qabel it-teħid tal-kampjuni
Qabel ma jibda t-teħid tal-kampjuni, huwa qabel xejn meħtieġ li jiġu mkejjla t-temperatura u l-pressjoni ta' l-arja u l-veloċità tal-kurrent fil-kanal. It-temperatura u l-pressjoni ta' l-arja għandhom normalment jitkejjlu matul il-linja tat-teħid tal-kampjuni bir-rata normali tal-kurrent. F'kondizzjonijiet eċċezzjonali, huwa wkoll meħtieġ li titkejjel il-konċentrazzjoni ta' l-umdità biex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu emendati kif jixraq.
6.
Il-ħtiġiet ġenerali tal-proċedura tat-teħid tal-kampjuni
Il-proċedura teħtieġ li kampjun jiġi miġbud permezz ta' filtru ta' l-arja minn kanal li jġorr l-emissjonijiet tat-trab ta' l-asbestos u li jitkejjlu l-fibri ta' l-asbestos li jistgħu jingħaddu li jkunu jinsabu fit-trab miżmum fil-filtru.
6.1. Il-linja tat-teħid tal-kampjuni għandha l-ewwel tiġi kontrollata u eżaminata sabiex ikun assigurat li ma tgħaddix arja minnha, u li ma jkun hemm l-ebda nixxija li tista' toħloq żbalji fil-kejl. Ir-ras ta' l-apparat tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun issiġillata b'attenzjoni u l-pompa ta' l-apparat tiġi mqabbda. Ir-rata tan-nixxija ma għandhiex teċċedi l-1 % tal-kurrent normali fit-teħid tal-kampjuni.
6.2. It-teħid tal-kampjuni tal-gassijiet emessi għandu jsir ġewwa l-kanal ta' l-emissjoni taħt kondizzjonijiet iso-kinetiċi.
6.3. It-tul taż-żmien tat-teħid tal-kampjuni għandu jiddependi fuq it-tip tal-proċess li jkun qiegħed jiġi monitorjat u fuq id-daqs taż-żennuna wżata. Il-perjodu taż-żmien tat-teħid tal-kampjuni għandu jkun biżżejjed sabiex ikun assigurat li l-filtru li jiġbor il-kampjun iġorr minn 100 sa 600 fibri ta' l-asbestos li jistgħu jingħaddu/mm2. Għandu jkun rappreżentattiv tal-proċess sħiħ li jkun qiegħed jiġi monitorjat.
6.4. Ir-ras ta' l-apparat tat-teħid tal-kampjuni u n-numru tal- punti fejn iridu jittieħdu l-kampjuni għandu jiġi stabbilit skond il-livell nazzjonali stabbilit adottat.
7.
In-natura tal-filtru tal-ġbir tat-teħid tal-kampjuni
7.1. Għandu jingħażel il-filtru xieraq skond il-metodu tat-teknika għall-kejl. Għall-metodu ta' kemm jistgħu jingħaddu fibri, għandhom jiġu wżati filtri tal-membrana (esteri mħallta taċ-ċellulosi jew nitrat taċ-ċellulosi) ta' toqba nominali tad-daqs ta' 5 μm, bi kwadri stampati u ta' dijametru ta' 25 mm.
7.2. Il-filtru tal-ġbir tat-teħid tal kampjuni għandu jkollu effiċjenza minima ta' filtrazzjoni ta' 99 % rigward il-fibri ta' l-asbestos li jkunu jistgħu jingħaddu.
Il-metodu ta' l-għadd tal-fibri għandu jkun konformi mal-metodu Ewropew ta' riferiment, kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 83/477/KEE.
9.
L-espressjoni tar-riżultati
B'żieda mad-dettalji dwar il-kejl, ir-riżultati għandhom jirreġistraw id-dettalji dwar it-temperatura, il-pressjoni u l-kurrent ta' l-arja u għandhom jinkludu t-tagħrif kollu relevanti, bħalma ma huma disinn sempliċi li juri l-lokazzjoni tal-punti tat-teħid tal-kampjuni, il-qisien tal-kanali, il-volumi li tagħhom ittieħed kampjun u l-marka tal-kalkolu wżat sabiex jinkisbu r-riżultati. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu espressi f'temperatura normali (273 K) u fi pressjoni normali (101,3 kPa).